Avviżi – Din il-ġimgħa

Avviżi: 21 – 22 t’Ottubru 2017
Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena

1. Illum hu Jum il-Missjoni. Please ġibu magħkom l-envelopes li tqassmu mal-Flimkien sa nhar it-Tlieta filgħodu. Fil-parroċċa tagħna huwa wkoll “Jum is-Solidarjeta′” organizzat mill-Kummissjoni Djakonija. Se jkun hawn Testijiet Mediċi b’xejn fiċ-Ċentru Parrokkjali.

2. Tberik u żjajjar tal-familji fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu mqassma kif ġej:
4.30 – 8.00pm Il-Ġimgħa 27 t’Ottubru 2017
Triq Ġużeppi Calleja u Triq Dwardu Cachia

4.30 – 8.00pm It-Tnejn 30 t’Ottubru 2017
Triq Mons PP Saydon u Trejqet il-Poeti

4.30 – 8.00pm Il-Ħamis 2 ta’ Novembru 2017
Triq Anton Buttiġieġ u Triq Ġuże′ Bonnici

3. Nhar is-Sibt 28 t’Ottubru se ssir il-quddiesa tal-Madonna tar-Rużarju fis-6.00pm. Wara Purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju bil-parteċipazzjoni tat-tfal b’mod innovattiv fejn il-posti kollha tar-Rużarju ser ikunu forma ta’ tableaux animati mit-tfal stess.

4. L-Irtir Annwali għall-Operaturi Pastorali ħa jsir il-Ħadd 29 t’Ottubru 2017 għand is-Sorijiet ta’ St Joseph, ir-Rabat. Imexxi Patri Martin Micallef ofm capp. Is-suġġett ser ikun: “Jista’ jkun hemm Ħidma Pastorali mingħajr Ġesu′?” Bookings għandi please sal-Ħamis filgħodu fis-7.10 am. Grazzi.

5. Buffet il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru 2017 fis-7.00 pm fis-Sala Parrokkjali. Għażla t’għaġin – buffet ta’ ħut, tiġieġ, majjal, ħaxix, patata u diżerta. Tombla. €12 il-kbar u €7 għal tfal taħt it-12-il sena.

6. Biex nagħmlu l-ħġieġ il-ġdid trasparenti u shatter-proof u nwaħħlu mat-tletin bieb fiċ-Ċentru Pastorali, nixtieq nirringrazzja lill-benefatturi li għenuna s’issa biex dan il-proġett iseħħ. Dan hu mportanti kemm bħala safety kif ukoll safeguarding. Għall-kumplament tal-proġett qed nagħtikom stoċċ SMARTIES, kul ta’ ġo fih, poġġi kemm tiflaħ tape madwar l-istoċċ biex l-istoċċ ma jitkissirx. Jekk jogħġbok, faddal muniti ta’ €1 (jew anqas). Imlieh u ġibu lura hawn qabel it-12 ta’ Novembru 2017. It-tir hu li l-ġimgħa ta’ wara jibda jitwaħħal il-ħġieġ kollu. Grazzi mill-qalb.

Avviżi: 14 – 15 t’Ottubru 2017
It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena

1. Dun Pawl Camilleri, għal raġunijiet ta’ saħħa, talab li jieqaf iqaddes il-quddiesa tas-6.15 pm matul il-ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-2 ta’ Jannar li ġej. B’direttiva tal-Kurja, dan ifisser li mit-2 ta’ Jannar 2018 ser ikollna nnaqqsu quddiesa mit-tlieta li jsiru nhar ta’ xogħol. Nirringrazzja ħafna lil Dun Pawl u lill-Monsinjur Vella tas-servizz tagħhom fl-eta′ ta’ ftit inqas minn 75. Qed nilqa’ opinjonijiet mingħandkom dwar liema quddies pastoralment l-aħjar li nħallu. Imbagħad naraw x’servizz ta’ quddies matul il-ġimgħa nistgħu noffru bir-riżorsi li għandna.

2. Nhar il-Ħadd 22 t’Ottubru hu Jum il-Missjoni. Please ġibu magħkom l-envelopes li tqassmu mal-Flimkien. Dakinhar ukoll, waqt il-quddiesa tal-11.15 am, jingħata l-Mandat tal-Katekisti u Kummissjoni Tfal. Ukoll, mid-8.45 am, il-gruppi taż-ŻAK se jibdew il-home visits lil dawk iż-żgħażagħ li għamlu s-Sagrament tal-Griżma din is-sena biex jistednuhom jattendu għal dan il-grupp. Dakinhar ukoll fil-parroċċa tagħna huwa “Jum is-Solidarjeta′” organizzat mill-Kummissjoni Djakonija u għalhekk se jkun hawn Testijiet Mediċi b’xejn fiċ-Ċentru Parrokkjali.

3. Nhar is-Sibt 28 t’Ottubru se ssir il-quddiesa tal-Madonna tar-Rużarju fis-6.00pm. Wara ser issir Purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju bil-parteċipazzjoni tat-tfal. Din is-sena ser issir b’mod innovattiv fejn il-posti kollha tar-Rużarju ser ikunu forma ta’ tableaux animati mit-tfal stess.

4. L-Irtir Annwali għall-Operaturi Pastorali ħa jsir il-Ħadd 29 t’Ottubru 2017 għand is-Sorijiet ta’ St Joseph, ir-Rabat. Imexxi Patri Martin Micallef ofm capp. Is-suġġett ser ikun: “Jista’ jkun hemm Ħidma Pastorali mingħajr Ġesu′?” Nitilqu bit-trasport tal-parroċċa fit-8.30 am u niġu lura fit-3.30 pm. Il-prezz hu ta’ €17 kull ras, inkluż ikel ta’ nofsinhar u kafe′. Trasport jiġi €2.00 kull ras. Bookings għandi please. Grazzi.

5. Il-Ħarġa tax-Xahar ser issir it-Tlieta 31 t’Ottubru fid-9.00 am għad-Danish Village. Biljetti mingħand Lawrence u l-helpers.