Katekiżmu għat-Tfal

Il-Ħames Sena

Il-għan ta’ dan il-programm kateketiku li jgib l-isem ‘Insiru Komunità’ , li huwa indirizzat għall-adolexxenti ta’ bejn l-għaxar u l-ħdax-il sena, huwa li fi spirtu ta’ akkumpanjament flimkien nitgħallmu naqsmu flimkien xi jfisser insiru komunità. Filwaqt li nitwieldu u niġu mgħammda f’komunità, imma fil-hajja jeħtieġ li naħdmu flimkien sabiex insiru komunità, dik il-komunità Nisranija mibnija fuq il-kelma ta’ Ħajja, imsaħħa bit-tagħlim tal-Knisja, komunità li tirrispetta, id-diversità tar-realtajiet li jistgħu jeżistu fil-kulturi u reliġjonijiet oħra, mingħajr ma dgħajjef dak li tassew temmen fih bħala persuna u komunità Nisranija. L-adolexxenti f’dan il-programm huma mistiedna sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u sabiex jiddiskutu temi varji, liema temi huma ispirati mill-Kelma ta’ Alla u mwieżna minn stejjer adattati għall-etajiet taghhom, minn features li joffrulhom sfida, u minn diversi attivitajiet li lkoll flimkien jirrispettaw l-età u l-abiltajiet tal-intelligenzji varji tal-adolexxenti f’dan iż-żmien ta’ formazzjoni u żvilupp sħiħ tagħhom.
Il-programmi tal-Ħames u tas-Sitt sena kateketika huma f’mixja flimkien u jikkumplimentaw lil xulxin.

Katekista: Ms Censina Lia