Katekiżmu għat-Tfal

Ir-Raba’ Sena

Matul din is-sena se naraw kif lilna, Ġesu' jibnina fis-sod u kif jagħmilna persuni li kapaċi nagħmlu l-aħjar għażliet fil-ħajja. Imma aktar ma nikbru aktar nindunaw li jiżdiedu d-diffikultajiet, anki biex nagħmlu għażliet fil-ħajja ta' kuljum. Imma dan m'għandux jaqtagħlna qalbna, speċjalment meta niftakru li aħna nies speċjali għalih u li b'Ġesu' magħna ma jkun jonqosna xejn.

Unita' 1: Jibnini fis-sod

F’din l-unità il-parteċipanti jagħrfu li qegħdin f’dinja fejn kontinwament iridu jagħmlu għażla biex jagħrfu bejn it-tajjeb u l-ħazin u li bosta drabi din l-għażla titlob sagrifiċċju għax jaħsbu li qegħdin waħedhom. Iżda biex jaslu biex jagħrfu bejn it-tajjeb u l-ħażin u jagħżlu t-tajjeb, iridu ikun nies ta’ karattru fejn akkost ta’ kollox jimxu kontra l-kurrent u fl-istess ħin ikunu nies li jġibu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Għalhekk f’din l-unità,il-parteċipanti iridu jagħrfu li jridu jibnu karattru.

Unita' 2: Jagħmilni persuna bis-sens

F’din l-unità il-parteċipanti se jiffukaw fuq l-erba’ virtujiet li huma l-għodda li għandna bżonn biex nibnu karattru sod.

Unita' 3: Inħalli f'idejh

F'din l-unita' il-parteċipanti se jaħsbu fuq kif meta Alla jagħżel lil xi ħadd ma joqgħodx ifittex li jkun jaf ħafna, kapaċi u popolari imma jfittex lil xi ħadd li jħobbu u li jixtieq li f'ħajtu jagħmel il-ġid. Għax għal Alla l-importanti x'hemm fil-fond tal-qalb.

Unita' 4: Speċjali għalih

F'din l-unita' il-parteċipanti se jiddiskutu dwar esperjenzi li fihom jibdew jaħsbu li huma aħjar mill-oħrajn u li l-bżonnijiet u x-xewqat tagħhom huma aktar importanti minn dawk ta' ħaddieħor. B'hekk jitgħallmu jitbiegħdu mid-djufija tagħhom quddiem l-egoiżmu permezz ta' Alla li qatt mhu se jitlaqhom waħidhom permezz ta' xi ħadd li jista' jgħinnhom jew inkella li jurihom l-iżball li jkunu qegħdin fih.

Unita' 5: Miegħu ma jonqosni xejn

F'din l-unita' il-parteċipanti se jaħsbu dwar Ġesu' li dejjem għandu qalb ħanina ma' kulħadd. Mhux biss għal min ikun qed ibati imma anki għal dawk li f'ħajjithom jiżbaljaw. Ġesu' dejjem lest li jgħin lil kull min żbalja u jixtieq isir aħjar.

Katekisti:Ms Graziella Micallef, Dr Veronica Zammit, Ms Elisabeth Jane Zammit