Katekiżmu għat-Tfal

Preparatorja

Katekisti: Ms Maggie Zammit u Ms Joanne McCarthy

Matul is-sena preparatorja nippreparaw lit-tfal żgħar biex meta jgħaddu għall-Ewwel Sena jkunu diġa jafu ftit fuq Ġesu' u l-Madonna.

It-tagħlim jikkonsisti fuq Alla u l-imħabba tiegħu għalina. Alla tana l-ħolqien u l-bnedmin biex
jieħdu ħsiebna . Nuruhom li Ġesu' kien ukoll tifel żgħir bħalhom u li kellu omm u missier,
li Hu ħabib kbir tagħna u li miet għalina fuq is-salib biex jinħafrulna d-dnubiet. Hu tant ħabbna li tana lill-Madonna biex tkun il-mama' tagħna tas-sema. Għalkemm lil Ġesu' ma narawhx, qiegħed dejjem magħna fit-tabernaklu.

Ngħallmuhom ukoll xi talbiet qosra.

Ktieb Preparatorja