Katekiżmu għat-Tfal

Is-Sitt Sena

Ktieb Sena 6

Is-Sitt Sena
Filwaqt li dak tal-Ħames Sena għandu t-tema Insiru Komunità, dak tas-Sitt Sena għandu bħala tema Ngħixu fil-Komunità. Kull individwu bl-għajxien tiegħu jsawwar l-komunità u l-komunità ssawwar lil kull individwu. Nemmnu li dan il-millenju huwa l-millenju tal-Ispirtu s-Santu. Għall-adolexxenti li f'din is-sena ser jersqu għas-sagrament tal-Griżma (Tal-Konfermazzjoni) l-iskoperta tal-Ispirtu s-Santu, il-bżonn tiegħu u l-għana tal-preżenza tiegħu fil-ħajja ta' kuljum huma ċentrali f'dan il-programm. Il-metidoloġija ta' dan il-programm hija kumplimentari għall-dik tal-Ħames Sena, b'żieda ta' diversi attivitajiet li wkoll jirrispettaw l-età u l-abiltajiet varji tal-adolexxenti.
F'dan il-programm l-adolexxenti ser jiddiskutu diversi temi li ser jgħinuhom jgħixu ta' ċittadini Nsara responsabbli fil-komunità/fis-soċjetà u fil-knisja.

Bħal dak tal-Ħames Sena, kull tema toffri sfida li kull adolexxent. Huwa mixtieq li jwettaqha fil-ħajja tiegħu, u wkoll insibu silta mill-Bibbja u talba għall -familja, hekk l-adolexxenti mhux biss jirċievu t-tagħlim u jaqsmu l-esperjenzi flimkien fil-laqgħat li jsiru għalihom, imma jħossuhom ukoll protagonisti u evanġelizzaturi żgħażagħ fil-familji tagħhom b'mod speċjali permezz ta' dan il-qari qasir.

Katekisti: Ms Kaye Buttigieg u Ms Lily Gatt