Katekiżmu għat-Tfal

It-Tieni Sena

Ktieb — Pass, Pass wara Ġesu’

Katekisti: Room 9: Ms Doris Micallef u Ms Lourdes Bonanno
Room 10: Ms Winnie Attard

Unita’ 1: Il-Bibbja—Ktieb Speċjali
Fil-Bibbja naraw is-sbuħuja tal-kelma ta’ Alla; l-Kelma li tgħinna fil-ħajja tagħna.

Unita’ 2 : Alla joħloq Storja Speċjali
Il-Ħolqien - Alla kien li ħalaq kollox. Fil-ġrajja ta’ Adam u Eva nsibu li Alla ħalaq u bierek lill-bniedem u qallu biex jieħu ħsieb il-ħolqien.

Unita’ 3: Alla jagħżel poplu speċjali.
Hawn niskopru li Alla mhux maqtugħ minna l-bnedmin, iżda mill-bidu tal-Istorja tas-Salvazzjoni ried juri lilu nnifsu u jsir parti mill-istorja tal- bniedem.

Unita’ 4: Alla jiġborna f’familja speċjali.
F’din l-unita’ ssir reviżjoni tat-tagħlim fuq is-sagrament tal-Magħmudija.

Unita’ 5: Alla jgħaqqadna miegħu lkoll.
Hawnhekk irridu nifhmu li biex ngħixu tajjeb, bħalma jrridna Ġesu’, rridu ngħixu l-Magħmudija tagħna billi nuru rispett u mħabba lejn l-oħrajn. Permezz tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni - l-Qrar – aħna nerġgħu ningħaqdu m’ Alla u ma’ xulxin.

Ktieb Sena 2