Adorazzjoni tas-Sagrament Mqaddes

“Ta’ spiss, is-silenzju biss jista’ jesprimi t-talba tiegħi; madankollu dan il-mistieden divin tat-Tabernaklu jifhem kollox, anke s-silenzju ta’ ruħ mimlija b’radd il-ħajr ta’ bintu.” [Santa Tereża ta’ Liseux]

“Il-Knisja u d-dinja għandhom bżonn kbir tal-Adorazzjoni Ewkaristika. Ġesu’ jistenniena f’dan is-Sagrament tal-imħabba. Ejjew inkunu ġenerużi bill-ħin tagħna biex inmorru niltaqgħu miegħu fl-adorazzjoni u fill-kontemplazzjoni mimlija fidi u lesta li tpatti għad-dnubiet u d-delitti l-kbar tad-dinja. J’Alla li l-Adorazzjoni tagħna ma tintemm qatt.” [San Papa Ġwanni Pawlu II]

 

Il-Parroċċa tagħna tkun miftuħa għall-Adorazzjoni tas-Sagrament:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 9:00am – 11:00am u 4:00pm – 7:30pm
Nhar ta’ Sibt: 9:00am – 11:00am

Adorazzjoni tas-Sagrament

 

Adorazzjoni għall-Frar (skond ix-xewqa tal-Papa)