Stejjer mir-rivista ‘Flimkien’ – Kappillan

 

Il-Premju tas-Sultan

(dwar l-importanza ta’ min jgħallem- 1)

Jingħad li darba kien hemm sultan li xtaq jagħti gieħ lil xi ħadd mis-saltna tiegħu li l-aktar kien jistħoqqlu. U spiċċa bi tliet finalisti quddiemu f’sala kbira mżejna għall-okkażjoni.

L-ewwel daħal wieħed li kien sinjur imma kien jagħmel ħafna karità. Bena orfanatrofji, skejjel u sptarijiet. Flusu qassamhom fost in-nies li l-aktar kienu fil-bżonn fis-Saltna, u dejjem kien jagħmel il-ġid.

Imbagħad daħal it-tieni wieħed, li kien tabib mill-aqwa, li b’għerfu u b’hiltu rnexxielu jfejjaq ħafna nies. Kien tal-affari tiegħu u għadda s-snin jaqdi ’l-morda u jiskopri mediċini ġodda li salvaw il-ħajjiet ta’ ħafna nies.

Wara ftit daħal it-tielet wieħed. Dan kien imħallef mill-aqwa li kien magħruf għall-għerf tiegħu. Kien imħallef ġust u kien jaqta’ l-aktar każijiet tqal li kien hemm fis-saltna b’deċiżjonijiet brillanti.

Imbagħad daħlet mara xiħa. Ma kenitx liebsa pulit wisq. Ħwejjigha kienu ndaf. Dehret mara umli, ċkejkna u serja. Imma ma tantx deħer li kellha għalfejn tieħu l-premju.

Is-sultan staqsa lil ta’ madwaru: “Din x’għamlet?” staqsiehom. Weġbuh: “Rajthom lil dawn it-tlieta : il-filantropista, it-tabib u l-imħallef? Din kienet l-għalliema ta’ dawn it-tlieta.”

Din il-mara ma kellħa xejn: la flus, la titlu, xejn, imma kienu ħafna dawk in-nies li għenet, għallmet, fejqet u biddlet tul ħajjitha.

Is-sultan ħa gost li ġabulu din il-mara quddiemu u taħa l-premju mistħoqq.

  • Kemm ħuwa importanti min jgħallem u min jieħu paċenzja b’dawk li qed jgħallem.
  • Inti b’ħajtek kemm tgħallem lill-oħrajn?
  • Imma x’tgħallimhom? Tajjeb jew ħażin?

Toqgħod attent għal kliemek u għemilek biex tgħallem dak li hu sewwa?

It-tlett Irġiel Sinjuri

(dwar l-Importanza ta’ min jgħallem – 2) 

Darba kien hemm tlitt irġiel sinjuri ħafna qed jivvjaġġaw. Għaddew minn raħal imdaqqas u baqgħu impressjonati kemm kien raħal fqir.  Kulħadd kien imdejjaq.  Xogħol ma kienx hemm, u l-faqar kien kbir.

Wieħed mis-sinjuri qabad id-deħeb u l-ġojjelli kollha li kellu miegħu u tahom lill-fqajrin tar-raħal.

Sinjur ieħor ra kif għamel u tahom biex jieklu u jixorbu għal ġimgħa shiħa.

It-tielet wieħed baqa’ għaddej u ma tahom xejn.  Xi jumejn wara mar lura u ħadilhom min jgħallimhom is-snajja’ u min jgħallimhom kif jieħdu ħsieb ir-raba’.  Tahom l-għodda u bosta xkejjer żrieragħ biex ikabbruhom fl-għelieqi tagħhom.  Wara ftit reġa’ mar u bnielhom skola biex uliedhom jitgħallmu fiħa.

Min minn dawn tahom l-aħjar rigal?  Jien naħseb dak li pprova jgħallimhom, għax ħekk tgħallmu kif ma jibqgħux foqra.

L-edukazzjoni hija l-aqwa rigal li nagħtu lil uliedna u lil ulied uliedna.

Xi sforz nagħmlu biex nagħtuhom mħux biss edukazzjoni tajba imma edukazzjoni NISRANIJA tajba?

Il-Qattusa tal-Prim Ministru

(dwar l-Użu tal-Kliem – 1) 

F’Novembru 2010 l-Ministru tat-Trasport Kanadiż John Baird bagħat messaġġ SMS lill-Prim Ministru Kanadiż Stepħen Ħarper.  Il-messaġġ kien jgħid: “Thatcher is dead.”

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Kanadiż kien diġà beda jipprepara ittra ta’ kondoljanzi lill-Gvern Ingliż meta l-Prim Ministru Ħarper skopra li Thatcher ma kinitx, kif ħaseb ħu, l-eks Prim Ministru Konservattiv, l-Ingliża Margaret Thatcher.  Kienet minflok qattusa li kienet tgħix f’10 Downing Street, ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru Ingliż u li mietet fl-età venerabbli – għall-qtates – ta’ sittax-il sena. Lady Thatcher kienet għadħa ħajja u mimlija bil-ghomor.

Kelma, kif toħrog mis-sinna, jgħid il-Malti, timla dinja. Għedt kelma, swietli mija; kieku m’għedthiex kien ikun aħjar għalija.

Immaġina l-imbarazzament u l-misthija tal-Gvern Kanadiż kieku ma ppruvawx jivverifikaw dak li semgħu mingħand il-Ministru John Baird.

Kultant il-kliem ikun bħal ġawħar. U nippruvaw niċċajtaw. Imma s-skiet aħjar minnu. Drabi oħra nippruvaw niddefendu lilna nfusna. Drabi oħra mingħalina li b’kelma ħa nagħmlu pjaċir lill-oħrajn. Imma l-esperjenza tgħallimna li s-skiet kien ikun aħjar mill-kliem.

Ġieli mbagħad il-kiem nużawħ biex inħarrfu jew biex ma ngħidux il-verità. Nistgħu nużawħ biex nikkalunjaw lil xi ħadd jew nimmalafamawh.  Nistgħu nużaw il-kliem biex noħolqu l-partiti, id-diviżjonijiet, l-għira u l-mibegħda.

Int u jien il-kliem kif nużawh?  Jingħad li San Tumas t’Akwino, għaref kbir u teologu qaddis, kliemu kien jew lil Alla jew dwar Alla.

Id-domanda tibqa’: Inti lsienek u l-mezzi li tikkomunika bihom kif tużahom?  Il-bniedem għaqli jqis mitt darba u jaqta’ darba qabel jiftaħ fommu.

Il-Ġiraffa fil-Ġungla

(dwar l-użu tal-kliem – 2) 

Mela darba fil-ġungla kollox kien sejjer sewwa sakemm dehret Ġemina, ġiraffa twila, twila b’għonq li jwassalħa biex tħares fuq l-annimali kollha fil-ġungla.

Kienet tħares, tosserva u mbagħad tlablab dwar dak li rat. Darba minnhom Big Bongo, xadina tal-affari tagħha, irranġat biċċa mill-ġungla u għamlet dar sabiħa għaliha u għall-familja tagħha. Imma Gemina riedet tkun taf x’hemm fid-dar ta’ Big Bongo.

Daħħlet għonqha mit-tieqa tas-salott u baqgħet iddawru kamra wara kamra sakemm rat x’kien hemm fil-kmamar tas-sodda u fuq u isfel. Imma tant weġġgħet biex ilwiet għonqħa li kellhom jgħinuħa x-xadini biex toħroġ għonqħa mid-dar ta’ Big Bongo.

Ġemina la kienet siekta u lanqas prudenti. Kien jimpurtaħa ħafna mill-affarijiet tal-oħrajn.

Int u jien kemm aħna siekta dwar dak li nosservaw?

Kemm nagħmlu sforz biex insiru nafu l-affarijiet tal-oħrajn biex inzekzku fuqhom? 

Kemm aħna prudenti f’dak li ngħidu?

Il-Qassis fuq l-ajruplan

(dwar Opportunitajiet Mitlufa) 

Darba kien hemm saċerdot Irlandiż sejjer minn btala ħdejn niesu fl‑Irlanda lura għall‑parroċċa tiegħu fl‑Amerika fejn kien iservi bħala Kappillan.

Il‑vjaġġ bejn l‑Irlanda u l‑Amerika jtul is‑sigħat, u għamel ħbieb mar‑raġel li kellu bilqiegħda ħdejħ. Ir‑raġel staqsieħ fejn iqaddes u l‑qassis wiegbu. “Nigi narak,” qallu, ta’ x’hin tqaddes?” Il‑qassis qallu, “Tiegħi tal‑għaxra tkun.”“Niġi,” wieġbu r‑raġel u niġi nkantalek jekk trid ukoll.”wieġeb il‑qassis, “Le, jekk ma jimpurtax. Għall‑kant nieħdu ħsieb aħna għax għandna min!”

Kif waslu l‑ajruport il‑qassis jilmaħ koċċ cameras tat‑televixin u ħafna gurnalisti biex jieħdu ritratti lilir‑ragel Taljan li kellu ħdejħ fuq l‑ajruplan. Sar jaf li kellu ħdejħ lil Luciano Pavarotti.

Min jaf kemm iddispjaċih il‑qassis għax tilef opportunità tad‑deheb li jkollu lil Pavarotti jkanta fil‑knisja tiegħu … imma għal xi raguni jew oħra ma għarafx lil dan it‑tenur ta’ fama mondjali b’vuċi li ssaħħar!

Fl‑art Imqaddsa hemm knisja ċkejkna forma ta’ demgħa; tagħti għal fuq Ġerusalemm. M’għandhiex kwadru titulari, imma tieqa li tagħti għal fuq il‑Belt        Qaddisa. F’dak il‑post Ġes’ù beka fuq Ġerusalemm għax niesha tilfu ħafna opportunitajiet, l‑akbar waħda minnhom kienet li jagħrfu lil Kristu bħala l‑Messija.

Il‑ħajja mimlija opportunitajiet, imma kemm‑il waħda minnhom nitilfu għax ma nkunux moħħna hemm?

Opportunitajiet biex nitolbu? Opportunitajiet biex inroddu ħajr? Opportunitajiet biex nuru ħniena, maħfra u mogħdrija?

Paċenzja ta’ Ġobb

(dwar li nqattgħu hin ma’ uliedna)

Kien hemm mara bilqiegħda fuq bank il-bandli, ħdejn ragel li kien qed jistenna ’l bintu waqt li kienet qed tilgħab.

Meta sar il-hin il-missier qal lil bintu biex imorru u hi talbitu biex jibqgħu hemm ħames minuti oħra. Wieġeb il-missier; “OK”, u qagħad jistennieha. Meta għaddew il-ħames minuti reggħet talbitu biex tgħaddi ħames minuti oħra tilgħab. Qabeż ir-ragel u qalilħa: “OK”.

Il-mara li kienet ħdejħ qaltlu: “Għandek paċenzja ta’ Ġobb, int, Sinjur!”

Wegibħa: “Sitt xhur ilu tlift lil ħu t-tifla, ibni l-kbir. Kien għaddej wieħed fis-sakra bil-karozza u qatlu. Ma tantx kont ngħaddi l-hin miegħu waqt li kien jilgħab. Issa nara kull ħames minuti bħala opportunità biex ngħaddi hin magħħa waqt li tkun qed tilgħab. Lil ħuħa ma nistax inġibu lura u nqatta’ l-hin miegħu, imma ma’ din nista’ “!

Inti kif inhuma l-prioritajiet tiegħek fejn jidħlu l-ulied? Tqatta’ hin magħhom? Jew qed tistenna li jgħaddi ż-żmien meta b’xi mod titlifhom u ma tkunx tista’ tqatta’ l-hin magħhom?

Il-Mara ta’Alla

(dwar kif inkunu strumenti tal-imħabba ta’Alla – 1)

Kienet ġurnata kiesħa f’Diċembru.

Tfajjel ċkejken ta’ għaxar snin kien ħafi jħares lejn armatura ta’ ħanut taż-żraben iterter bil-bard.

Tgħaddi mara u tistaqsiħ għaliex qiegħed iħares b’dik il-ħerqa kollha lejn l-armatura.

Wieġeb it-tifel: “Kont qed nitlob ’l Alla biex jagħtini par żarbun.”

Il-mara taqbdu minn idu u tixtrilu nofs tużżana pari kalzetti u titlob għal ftit ilma, xugaman u sapun biex taħsillu saqajħ. Imbagħad xtratlu par żarbun kif xtaq ħu.

Il-mara poggiet idħa fuq rasu u qalet lit-tifel: “Issa, ħekk mħux aħjar?”

Kif kienet ħa titlaq qabadħa minn idħa u qalilħa bid-dmugħ f’għajnejħ:

“Inti, mela, il-mara ta’ Alla?”

Alla m’għandux idejn ħlief tiegħek. M’għandux saqajn, qalb, għajnejn u widnejn ħlief tiegħek.

Int u jien nużawhom ħekk?

It-Talba ta’ Kyle

(dwar kif inkunu strumenti tal-imħabba ta’Alla – 2) 

Darba Kyle, tifel ta’ xi ħames snin, kien qed jitlob għarkupptejh, b’rasu mgħaddsa fis-sodda, filgħaxija qabel jorqod. Kien hemm ommu fejnu u n-nanna. U beda: “Bierek Mulej lil ommi u lil missieri. Bierek lin-nanna u n-nannu. Bierek iz-ziju u z-zija u l-kugini.”  Semmiehom wieħed wieħed u waħda waħda!

F’salt wieħed għolla leħnu u għajjat: “Tinsiex Mulej li għall-Birtħday nixtieq bajsikil ta’ veru!”

Ommu qaltlu biex ma jgħajjatx għax Ġes’ù mħux trux. Wieġeb it-tifel: “Imma n-nanna truxa! Għax hi ser tispiċċa tixtrihieli r-rota.”

Ġesù f’din id-dinja m’għandux widnejn, idejn u saqajn ħlief tagħna. Jinqeda bina biex igib il-ġid lil kulħadd.

Int tħalliħ jinqeda bik biex igib il-ġid, l-imħabba u l-ferħ lill-oħrajn?

Ittra lill-Editur

(dwar il-Quddies tal-Ħadd) 

Din l-ittra dehret f’gazzetta bl-Ingliż.

 

Sur Editur,

Jiena m’għadni nara l-ebda sens li nibqa’ mmur il-Quddies kull nħar ta’ Ħadd. Ili mmur 30 sena s’issa. U f’dan iż-żmien naħseb li smajt kważi 3000 prietka. Imma jekk tistaqsini x’niftakar minnhom, ngħidlek li lanqas waħda li hi waħda ma niftakar. Għalħekk naħseb li ħuwa ħela ta’ hin għalija kif ukoll għall-qassisin li jagħmlu l-quddies.

Dejjem tiegħek, NN

Din l-ittra qajmet kontroversja shiħa fuq il-gazzetta. U b’sodisfazzjon kbir għall-editur, il-ħaga twalet għal gimgħat sħaħ, sakemm dehret din l-ittra u warajħa ma dehret l-ebda ittra oħra fuq is-suggett:

Sur Editur,

Dwar il-korrispondenza li qed tidħer dwar l-attendenza għall-Quddies tal-Ħadd u l-prietki, jien, b’rispett kbir lejn kulħadd, xtaqt nagħmel din l-osservazzjoni.

Jien issa ili miżżewweg 30 sena. F’dan iż-żmien kollu l-għażiża marti naħseb sajritli madwar 32 elf ikla. Imma biex inkun sinċier magħkom, ma niftakar l-ebda menu shiħ ta’ kull ikla li kilt. Lanqas x’kilt ilbieraħ ma niftakar… Imma jien naf ħaga… Kull ikla li kilt tatni s-saħħa li kelli bżonn biex inkompli x-xogħol tiegħi. Kieku l-mara ma tatnix dak l-ikel, ilbieraħ, gimgħa ilu, sena ilu, għaxar snin ilu, tletin sena ilu …  kieku jien illum mejjet. U l-istess ħaga ngħid: li kieku jiena ma mortx il-Knisja tul dawn it-30 sena u mtlejt bil-kelma t’Alla, kieku jien illum spiritwalment mejjet.

Dejjem tiegħek, NN

Il-Ġakketta bulletproof tal-Kardinal

(dwar il-fidi u t-talb) 

Il-Kardinal Arċisqof ta’ Teguċigalpa fil-Ħonduras, Oscar Andrés Rodríguez Maradiaga, ma kienx żamm mal-ex President tal-Ħonduras Manuel Zelaya fl-2009 meta sar kolp ta’ stat kontra l-president Zelaya.

Issa l-mexxej tal-Venezuela, sieħeb Zelaya, Ħugo Ċħaves, għamilħa ċara li ried ifittex lill-Kardinal Maradiaga biex jieħdu bħala ostagg.

Meta staqsew lill-Kardinal x’jaħseb dwar dan qal ħekk: “Fejn hi l-ġakketta bulletproof tiegħi? Mhi xejn ħlief il-kurċifiss li nilbes fuq sidri. Il-pistola tiegħi mhija xejn ħlief il-kuruna tar-rużarju b’ħamsin bullett go fiħa!”

Int u jien, quddiem il-kuntrarju tal-ħajja, nagħmlu bħall-Kardinal u nintelqu f’idejn Ġes’ù u Marija fit-talb? Jew nippruvaw immexxu aħna bil-mod mħux dejjem għaqli tagħna?

It-Tifel u t-Tifla

(dwar min iqarraq – 1) 

Kien hemm żewgt itfal żgħar qed jilagħbu flimkien: tifla u tifel.  Hu kellu koċċ boċċi u hi ftit ħelu.

It-tifel qal lit-tifla li hu jagħtiha l-boċċi kollha tiegħu jekk hi tagħtiħ il-ħelu kollu tagħha. U ftieħmu.

Imma t-tifel żamm l-akbar u l-isbaħ boċċa għaliħ mingħajr ma għaddieha lit-tifla. It-tifla tatu l-ħelu kollu kif kienet wegħditu.

Dakinħar meta gie l-lejl, it-tifla raqdet bi kwietħa. Imma t-tifel ma setax jorqod għax qagħad jħewden jekk it-tifla ħbitlux xi ħelu kif ħu kien ħeba l-isbaħ boċċa li kellu.

Fir-relazzjonijiet tiegħek fuq ix-xogħol, fil-familja, fi ħbiberija, meta ma tagħtix il-mija fil-mija ħa tispiċċa thewden jekk ħaddieħor hux qed jagħmel bħalek.

Mela agħti f’ħajtek il-mija fil-mija u torqod trankwill u seren.

Iż-Żewġ Palazzi

(dwar min iqarraq – 2)

Darba fost l-oħrajn, l-ispirti kollha ddiskutew u qablu li jibnu żewg palazzi: il-Palazz tal-Verità u l-Palazz tal-Gideb. Kull darba li xi tifel ikun qal il-verità, kienu joħolqu gebla u jżiduħa mal-binja tal-Palazz.

Il-Palazz tal-Gideb kien qed jinbena bl-istess mod. Kienet tinħoloq gebla kull darba li tifel jgħid gidba. Iż-żewg binjiet kienu impressjonanti – l-aqwa fid-dinja – kull grupp ta’ Spirti kien ifittex li l-Palazz tiegħu jkun l-aqwa.

L-Ispirti tal-gideb, li kienu l-aktar malizzjużi, bagħtu ftit sew minnhom fid-dinja biex iħajru ’t-tfal jgħidu aktar gideb. U rnexxielhom. U l-Palazz tal-Gideb beda tiela’ iżjed u sar spettakulari.

Imma darba minnhom, grat xi ħaga stramba fil-Palazz tal-Gideb. Gebla minnhom inbidlet f’kartuna. Oħra nbidlet f’ramel. U oħra nbidlet fi ħgieg. U nfaqgħu. U kull darba li tinqabad xi gidba, il-gebla tagħha kienet tfaqqa’.

B’dal-mod, iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar gebel bdew ifaqqgħu, sakemm ċeda l-palazz kollu.

Kien f’dan il-mument li l-Ispirti kollha, anke l-Ispirti tal-gideb, fehmu li l-gideb ma għandek tużaħ għall-ebda raguni. Għax qatt ma taf x’forza vera għandu l-gideb, u meta se jċedi.

Int x’palazz qed tibni? Tal-Gideb jew tal-Verità?

Iż-Żewġt Aħwa

(dwar ir-rikonċiljazzjoni) 

Darba kien hemm żewgt aħwa li kienu jmorru tajjeb ħafna ma’ xulxin. U ġara li kellhom xi jgħidu fuq xi ħaga żgħira iżda kibret u bdew ma jkellmux lil xulxin. Kellhom żewgt irziezet, wieħed ħdejn l-ieħor.

Wieħed mill-aħwa bena għadira kbira biex ħuħ ma jkunx jista’ jidħol fir-razzett tiegħu.

Ħuħ l-ieħor sab kuntrattur u qallu biex jibnilu ħajt kbir biex ħuħ l-ieħor ma jarax fir-razzett tiegħu. Il-kuntrattur gie, imma minflok ħajt kbir bena pont bejn razzett u ieħor.

Inti u jien, fil-ħajja x’nibnu bejn ħutna l-bnedmin? Hitan għoljin li jifirdu, jew pontijiet li jgħaqqdu n-nies ma’ xulxin?

Tinqix

(dwar l-apprezzament) 

Mela darba, żewgt iħbieb kienu mexjin fid-deżert. Matul il-vjagg bdew jargumentaw u wieħed min-nhom waħħal daqqa ta’ ħarta lil ħabibu.

Dak li qala’ d-daqqa wegga’, imma mingħajr ma lissen kelma, tbaxxa u beda jikteb fir-ramel: ” illum l-akbar ħabib tiegħi tani daqqa ta’ ħarta.”

Komplew mexjin sakemm waslu f’oasi u hemm iddeċidew li jinħaslu ftit.

Imma dak li qala’ d-daqqa ta’ ħarta weħel fil-ħama u beda jegħreq. Sieħbu kien pront u mar isalvaħ. Meta gie f’tiegħu dak li kien kważi għereq, qam u beda jnaqqax fuq gebla: ” illum l-akbar ħabib tiegħi salvali ħajti. ”

Dak li kien sawwat u mbagħad salva lill-akbar ħabib tiegħu staqsieħ, ” meta weggajtek, inti ktibt fir-ramel, imma issa naqqaxt fil-gebel. Għaliex?”

L-ieħor irrispondieħ, “Meta xi ħadd iweggagħna għandna niktbuħa fir-ramel fejn ir-riħ tal-maħfra jħassarħa. Però, meta xi ħadd jagħmlilna l-gid għandna nnaqqxuħa fil-gebel fejn l-ebda riħ ma jista’ jħassarħa.”

Mela tgħallem ikteb il-weġgħat tiegħek fir-ramel u naqqax l-azzjonijiet tajba li tirċievi fil-gebel.

ĠESÙ sar bniedem għalik u salvalek ħajtek mill-mewt u d-dnub. Tapprezza xejn dak li għamel għalik? Naqqaxt dak li għamel għalik fil-blat?

Tyres fl-Indja

(dwar il-perseveranza – 1) 

Charles Goodyear (1800 – 1860) innota li fl-Indja l-gomma tat-tyres kienet iddub fis-sħana tas-sajf. Xtaq jipproduċi gomma aktar reżistenti – żgur li kien isir sinjur minn fuq dik l-invenzjoni. Saret l-ambizzjoni ta’ ħajtu.

Kien mimli determinazzjoni u entużjażmu. Imma t-triq kienet għat-telgħa. Dam snin jesperimenta għalxejn. Issellef flus mingħand qraba, girien u ħbieb. Kellu jbigħ l-għamara, jinnegozja arlogg sabiħ li taħ missieru u jissagrifika kull interess jew gost fil-ħajja. Spiċċa l-ħabs minħabba d-dejn. Imma ma ċediex.

Dam għaxar snin ibati u jfalli. Meta rnexxielu jsib il-metodu biex isaħħaħ il-gomma, kien bla ċenteżmu fil-but. Kienet is-sena 1838.

Il-metodu kien għad irid jigi rfinut. Dawk li kellhom jieħdu mingħandu, baqgħu jigru warajħ. Rega’ spiċċa l-ħabs minħabba disprezz tal-qorti; u hemm ipperfezzjona l-metodu, ironikament.

Wara li ħareg, irnexxielu jħallas id-dejn kollu u sar wieħed mill-għaxar l-akbar inventuri industrijali fl-Amerika. Barra milli kiseb flus għaliħ personalment, Charles ta servizz kbir.

Goodyear jgħallimna biex ma naqtgħux qalbna biex nilħqu t-tiri li jkollna f’moħħna.

Ġieli għamilt xi riżoluzzjoni għas-sena l-ġdida jew għar-Randan?

Taqtax qalbek mal-ewwel intopp.  Ippersevera u ibqa’ għaddej.

Itlob l-għajnuna t’Alla li jħobbok u taqtax qalbek.

Il-Fotografu fill-ġungla

(dwar il-perseveranza – 2) 

Darba kien hemm iljunfant li ried isir fotografu. Tgħidx kemm kienu jidħqu ħbiebu jisimgħuħ jgħid ħekk.

“ Mela jeżistu kameras għall-ijlunfanti?” jew “ Ħela ta’ żmien għax m’hawnx ritratti x’tieħu.”

Imma hu ma qatax qalbu. Beda jiġbor biċċiet tal-ħadid u affarijiet oħrajn minn ħawn u minn hemm u għamel speċi ta’ kamera. Kellu jiddisinja kollox hu, mill-buttuna li tagħfas biex jittieħed ir-ritratt u li kellu jagħfas bit-tromba tiegħu, sal-lenti li riedet tkun adattata għal għajnejh.

Meta lesta din l-imbierka kamera, fl-aħħar wasal biex jieħu l-ewwel ritratti. Imma dil-kamera kienet tant kbira, enormi u stramba. Kienet qisħa maskra ridikola f’wiċċu. Tant kienu jidħqu n-nies li kienu jarawħ biħa, li beda jaħseb biex jabbanduna l-ħolma tiegħu.

Barra minn hekk, qisu dawk li qalulu li m’hemmx ritratti x’tigbed madwaru, kellhom ragun.

Imma x’gara?  Id-dehra ta’ iljunfant b’kamera kienet tant buffa li l-annimali kollha bdew jersqu lejħ.  U ħa ftit ritratti tagħhom tassew interessanti.

Fir-ritratti tiegħu kollha kienu jidhru ferħanin, anke r-rinoċeronte. U b’hekk sar il-fotografu uffiċjali tal-ġungla u għajn ta’ ferħ għall-abitanti kollha tal-ġungla. Il-ħolma tiegħu seħħet aħjar milli basar hu.

L-iljunfant baqa’ jipprova sakemm irnexxielu. Inti tibqa’ tipprova sakemm jirnexxilek, jew taqta’ qalbek mal-ewwel intopp?

Il-Papri fix-Xmara

(dwar l-ubbidjenza) 

Quack u Quick kienu żewg papri aħwa jgħixu go xmara twila u sabiħa. Darba ddeċidew li jmorru jaraw liz-ziju tagħhom li kien joqgħod fin-naħa t’isfel tax-xmara.

Quack beda l-vjagg bil-mod mal-genb tax-xmara. Quick iddeċieda li jgħaddi min-nofs tax-xmara. Quack kien għadu lura meta Quick beda miexi b’veloċità qawwija mal-kurrent. Ħassu kuntent li ħa jasal kmieni għand iz-ziju l-papru. Imma f’salt wieħed Quick jaqa’ go toqba fonda ħafna, belliegħa enormi moħbija gox-xmara.

Quick ħa qatgħa kbira u ħaseb li sa jegħreq u jmut meta giet Sally il-baqra u salvatu. Quick ma setax isib kliem biex jirringrazzjaħa lil Sally li ħargitu mill-belliegħa. Qal lil Quack: “Kemm kellħa ragun ommna tgħidilna biex ma ngħaddux minn nofs ix-xmara!”

Quick m’obdiex lil ommu. Aħna llum ukoll l-ubbidjenza ma tantx irridu nisimgħu biħa, la lejn Alla u lanqas lejn l-oħrajn.

Nitkellem dwar l-ubbidjenza lejn Alla. Li tobdi lil Alla tfisser li tiċħad ir-rieda tiegħek u tagħmel dak li taf li jrid Alla. Tfisser tagħmel sagrifiċċju ta’ dak li trid int u ċċedi għal dak li jrid Alla. Alla jgħidlek “la tisraqx” u int għandek aptit tieħu xi ħaga minn fuq ix-xogħol u tiddeċiedi li tobdi lil Alla. Alla jgħidlek “la tixtieqx nisa tal-oħrajn” u int tagħzel il-fedeltà lejn martek jew żewgek għax ħekk irid Alla.

Li tagħzel l-ubbidjenza lejn Alla titlob sforz kbir imma hija deċiżjoni li twassal għal ferħ shiħ u paċi tal-qalb.

Parir lilek u lili: Obdiħ lil Alla b’qalb umli u generuża u ma jiddispjaċikx.

It-Tabib

(dwar il-kritika tal-oħrajn) 

Darba kien hemm missier ta’ familja, u ħa ’l ibnu l-isptar għax kien marid ħafna u kellu bżonn operazzjoni serja u urgenti.

Damu xi żmien jistennew fl-emerġenza sakemm ġie tabib. Is-sitwazzjoni tat-tifel kompliet tmur għall-agħar. Il-missier beda jgħajjar lit-tabib li kien ser joperah u jgħidlu li dan każ urgenti u missu jistħi li ma ġiex qabel.

Kif spiċċa mill-operazzjoni it-tabib telaq jiġri u qal lil missier it-tifel biex jekk għandu xi domandi jistaqsi lin-nurse. Il-missier aktar infaqa’ jgħajru u jtih mill-agħar.

In-nurse mbagħad b’demgħa f’għajnejħa qalet lil missier it-tifel li t-tabib kien ġie mill-funeral t’ibnu li miet il-bieraħ wara marda twila. Ippejgjawh u ġie fil-pront għax it-tobba l-oħra ma setgħux.

Ħalla d-difna t’ ibnu u issa kien sejjer lura malajr biex jidfen lil ibnu. Il-missier instaram.

Nitgħallem li m’għandix inkun ħafif biex nikkritika u ngħajjar lill-oħrajn. L-affarijiet mħux dejjem kif jidhru quddiemi dak il-hin.

Il-Ħalliel f’nofs ta’ Lejl

(dwar in-nuqqas ta’ verita’) 

Valerie kienet tifla ta’ 5 snin u kienet inkwetat ħafna tara lil missierħa jiqrieh. U darba staqsietu għaliex kien qed jigrilu hekk.

Tbissem u qalilħa: ‘Qed jisraqhuli ħalliel billejl waqt l-irqad. Jieħu kemm irid kuljum u ma nistax naqbdu.’

Valerie inkwetat, imma ddeċidiet li tgħin lil missierħa. L-ewwel lejla damet imqajma kemm setgħet. Malli semgħet lil missierħa jonħor, qabdet martell u daħlet fil-kamra tal-genituri tagħha.

Daħlet bla ħoss, fuq ponot subgħajħa, għax ma riditx lill-ħalliel jismagħħa. Resqet fil-genb ta’ missierħa, attenta biex taqbad il-ħalliel malli jitfaċċa. Wara ftit,  fid-dawl baxx tal-kamra, rat dell fuq ras missierħa jiċċaqlaq u b’saħħa kbira tat daqqa ta’ martell.

Il-missier għajjat għajta kbira u qabeż mis-sodda. Il-gundalla fuq rasu kienet ga qed tikber u tikber. Kien pront xegħel il-bozza l-kbira … u jilmaħ lil Valerie xxejjer il-martell fl-arja.

‘Kważi qbadtu, pà,’ qaltlu Valerie. ‘Naħseb ilqattu, imma jidħer li laħaq ħarab.’

Sadattant, f’din il-konfużjoni, qamet l-omm, li malli rat il-gundalla fuq ras żewgħa, tbissmet u qaltlu:  ‘ Qed tara x’jigri meta ngħidu affarijiet mhux minnhom liż-żgħar!’

U l-missier kellu jispjega lil Valerie illi li tiqrieħ ħuwa proċess naturali.

Il-giddieb ghomru qasir!

Il-Kangaru u l-Pengwin

(dwar l-iskola tat-tbatija) 

Darba kien hemm kangarù li sar champion tal-atletika. Imma sar ukoll arroganti u kiesaħ, moħħu biex jgħaddi ż-żmien bl-oħrajn. Speċjalment ma’ pengwin żgħir, li kellu mixja kajmana u tad-daħq, u kienet tfixklu milli jispiċċa t-tigrija.

It-tigrijiet kien jorganizzahom lupu. Darba minnhom qal lil kulħadd li l-favorit għat-tigrija li jmiss kien il-miskin pengwin. Kulħadd ħasibħa ċajta. Imma l-kangarù rridikola lill-pengwin iżjed mis-soltu. Il-pengwin lanqas ried itellaq.

F’jum it-tellieqa mexa lejn il-post tat-tluq ma’ grupp li kien miexi wara l-lupu, u tellagħhom fuq muntanja. Kulħadd beda jwaqqa’ l-pengwin għaċ-ċajt.

Imma fuq nett kulħadd siket. Għax fuq nett kien hemm bħal ħofra kbira mimlija bl-ilma. Il-lupu ta s-sinjal biex tibda t-tellieqa: “ Jirbaħ min jaqsam l-ewwel għan-naħa l-oħra.”  Il-pengwin, mimli eċċitament, niżel fl-ilma, u beda għaddej b’veloċità kbira, tant li qata’ lil kulħadd b’distanza kbira.

Il-kangarù bilkemm seta’ jasal in-naħa l-oħra. Ħassu mbikki u umiljat, kważi beda jegħreq. Ħaseb li l-pengwin qed jistennieħ biex jirridikolaħ. Imma l-pengwin kien tgħallem ħafna mit-tbatija tiegħu u minflok offra lill-kangarù li jgħallmu jgħum.

L-annimali kollha ferħu ħafna u lagħbu flimkien. L-iktar li feraħ kien il-lupu, li ta tagħlima tajba lill-kangarù.

Il-pengwin tgħallem l-umiltà mit-tbatija tiegħu.  Int u jien, it-tbatija tagħna x’tgħallimna?  L-umiltà jew ir-rabja? Ir-rispett jew is-suppervja?