Merħba
Mejju, Marija u l-Ewropa
Jingħad li waħda mill-interpretazzjonijiet tal-Bandiera blu bi tnax-il stilla tal-Ewropa hija referenza għal Marija, li tagħha huwa x-xahar ta’ Mejju li qegħdin fih. Marija hija mlibbsa bi tnax-il stilla, kif naqraw dwarha fil-Ktieb tal-Apokalissi.
Hemm min jgħid li dawk li waqqfu l-Ewropa l-ġdida wara t-tifrik tat-Tieni Gwerra Dinija xtaqu li jpoġġu dan il-kontinent taħt il-ħarsien ta’ Marija Omm Alla.
F’moħħi għandi sentenza li qal il-Papa Franġisku lill-Ewropa tal-lum: ‘Qum, Imxi u Ibni’.
Forsi din is-sejħa ta’ ‘qum, imxi u ibni’ hija sejħa reali għalina lkoll illum.
Wara d-diżappunti u t-telfiet tal-ħajja: ‘qum, imxi u ibni’.
Wara żmien t’għejja li ġab miegħu l-COVID-19 u nuqqas t’aptit anke fil-ħajja spiritwali: ‘qum, imxi u ibni’.
Wara żmien ta’ ġiri sfrenat ‘simply to survive’, biex inrabbu, biex ikollna ħajja deċenti, wara li forsi t-talb sar xi ħaġa tal-passat u nsejna ċertu normi ta’ mġieba: ‘qum, imxi u ibni’.
Jalla f’dan ix-xahar sabiħ Marja, bil-kuruna tar-Rużarju f’idejna, Marija Omm Ġesù tgħallimna nqumu, nimxu u nibnu ħajja sabiħa skont kif jixtieq Alla f’kull aspett ta’ ħajjitna.
Is-sliem
Dun Keith Bonnici
Kappillan
Informazzjoni Oħra
Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com
Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444
Ħinijiet oħra
QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd
TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.
Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.
VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.
RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.
Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.
Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal
It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat
Kuntatti tas-saċerdoti:
Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]
Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]
Mons. Kalċidon Vassallo 79600500 [email protected]
Mons. Anton Vella 79289656 [email protected]
- Jiena d-dielja, intom il-friegħi, jgħid il-Mulej; min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott. Ġw: 15,5