Avviżi – Din il-ġimgħa

Avviżi 20 / 21 ta’ April 2024
Raba’ Ħadd tal-Għid Sena B

 
1.  It-tberik u ż-żjajjar tal-familji, li fil-parroċċa tagħna dis-sena beda f’Ottubru li għadda, issa tlesta. Min għadu ma berikx u jixtieq li jbierek, għandu jinforma lill-Kappillan. Grazzi.
 
2. Nhar it-Tnejn u kull nhar ta’ Tnejn sa Pentekoste, fis-6.40 pm, ser ikollna ħin ta’ talb għall-paċi u għall-vittmi tal-gwerer f’dan iż-żmien ta’ gwerer kiefra viċin tagħna. Nistedinkom bil-qalb.
 
3. Il-Ħarġa li jmiss se ssir nhar il-Ħamis 25 ta’ April 2024. Se mmorru Marsaxlokk. Tluq wara l-quddiesa tat-8.30 am. Tluq lura fin-12.30 pm. Prezz 14-il ewro. Booking ma’ Rita Pulis u Doris Salomone.
 
4. Ċelebrzzjoni tal-Liturġija tal-Kelma nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju mis-6.40 pm sas-7.30 pm, li fiha jiġi trattat l-Evanġelju tat-tieni Ħadd tax-xahar. Janima: Fr Martin Zammit mill-Knisja tal-Madonna ta’ Damasku fil-Belt Valletta.
 
5. Bi tħejjija għall-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat fl-2025 il-Papa Franġisku xtaqna nirriflettu fuq l-erba’ dokumenti prinċipali tal-Konċilju Vatikan II. Hop on Hop Off Formation Wednesdays:  L-Erbgħat 8 u 15 ta’ Mejju 2024: Il-Liturġija tal-Knisja.  Kelliem: Mons. Jesmond Manicaro, Vigarju Episkopali għal-Liturġija.
 
6. Kull nhar ta’ Ħadd il-quddiesa tal-11.15 am tkun għall-familji u t-tfal. Ikun hawn Liturġija tat-Tfal. Kull tieni Ħadd tax-xahar il-quddiesa tal-11.15 am tkun animata mill-Kummissjoni Tfal Iklin.