Festa tal-Familja Mqaddsa. 29 u 30 ta’ Jannar 2022


Il-Festa tal-Familja Mqaddsa din is-sena ser tiġi ċċelebrata fil-weekend tad-29 u 30 ta’ Jannar 2022. Din is-sena qed nirringrazzjaw b’mod speċjali lill-Operaturi Pastorali tagħna li baqgħu jaqdu b’dedikazzjoni minkejja il-problemi li ġabet magħha l-pandemija. Għalhekk qed nistiednu b’mod partikualri lill-Operaturi Pastorali kollha għall-għasar fil-5.30 pm u l-quddiesa mmexxija minn Dun Noel Vassallo, Vigarju Episkopali tas-6 p.m. nhar is-Sibt 29 ta’ Jannar. Il-quddiesa tal-Ħadd 30 ta’ Jannar fil-11.15 a.m. tkun animata mill-Kummissjoni Tfal.

Waqt kull quddiesa tad-29 u 30 ta’ Jannar ser tingħata barka speċjali lill-familji kollha preżenti, hi x’inhi il-kompożizzjoni tagħhom bħalissa.

Bħala proġett tal-Festa tal-Familja Mqaddsa, il-parroċċa din is-sena wkoll ser tiċċaħħad mid-dħul tal-offertorju fiż-żewġ weekends li ġejjin biex id-dħul tal-offertorju jmur ħalli ngħinu familji fil-bżonn fil-missjoni ta’ Durres l-Albanija li jieħdu ħsiebha l-patrijiet Dumnikani Maltin, u li magħhom għandna ġemellaġġ. Dawn il-familji li numru minnhom jgħixu madwar il-miżbla ta’ Porto Romano, fejn issib ħafna minn uliedhom ifittxu x’jieklu, għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ faqar minħabba li ntlaqtu mill-COVID-19 u minn terrimot li qerdilhom djarhom. Il-patrijiet għandhom bżonn urġenti ta’ fondi biex jitimgħu u jgħinu lil dawn il-familji.

Date

Jan 29 - 30 2022
Expired!

Time

All Day