Kummissjoni Kateketika għat-Tfal

L-għan tal-Kummissjoni hu li l-ewwel u qabel kollox nintegraw it-tfal fil-ħajja tal-parroċċa. Dan nagħmluh permezz ta’ laqgħat għat-tfal kollha flimkien f’ċerti okkażjonijiet speċjali. Kull nhar ta’ Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.15am, noħorġu t-tfal mill-knisja u neħduhom ġo kamra oħra fejn hemmhekk jintwera slideshow tal- vanġelu tal-jum u tingħata spjegazzjoni b’mod li jiftiehem aħjar minnhom. It-tagħlim tal-katekiżmu (li hu differenti minn dak li jitgħallmu waqt il-lezzjoni tar-Reliġjon fl-iskola) isir minn fuq il-kotba maħruġa mill-Kummissjoni Djoċesana għall-Katekeżi u, biex nagħmlu t-tagħlim aktar interessanti, nużaw slideshows u films.  Norganizzaw laqgħat għall-ġenituri almenu erba’ darbiet fis-sena u laqgħat ta’ formazzjoni għall-katekisti regolarment.  Il-kummissjoni tiltaqa’ wkoll biex tipprepara qabel tibda s-sena kateketika, qabel il-Milied u l-Għid il-Kbir u diversi drabi  oħra.  Nieħdu ħsieb ukoll, bħala Kummissjoni, it-tħejjija għas-Sagrament tal-Qrar, l-Ewwel Tqarbina u l-Konfermazzjoni.

Talba tal-Katekisti

Picture 2 of 3

 

Chairperson:
Melanie Camilleri – tel. 21423003
waqt il-ħinijiet tal-Katekiżmu għat-tfal