Cirkulari

Cirkulari 60 Direttivi ghall-harsien tas-sahha (1) (1)

ARĊIDJOĊESI TA’ MALTA Ċirkulari Numru 60
Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ knejjes u Superjuri Reliġjużi
DIRETTIVI GĦALL-ĦARSIEN TAS-SAĦĦA
Kif nafu lkoll, bħalissa ma’ diversi pajjiżi qed tixtered ħafna l-Coronavirus
(COVID-19).
Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’
tixrid tal-Coronavirus, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku
bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.
Fil-każijiet permessi għal Tqarbin mill-kalċi, it-Tqarbin m’għandux isir billi
wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi, iżda biss ‘per intinctionem’.
Infakkru wkoll li min jiċċelebra l-Quddiesa għandu jassigura ruħu li jkun
iddiżinfetta idejh sewwa qabel ma tibda l-Quddiesa u, f’każ ta’ bżonn, qabel jibda
jqarben. L-istess il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, kif ġa hi drawwa regolari,
għandhom jassiguraw li jiddiżenfettaw idejhom qabel ma jqarbnu.
Hi responsabbiltà tagħna lkoll li nieħdu l-miżuri kollha biex nevitaw dak kollu li
b’xi mod jista’ jxerred il-mard, speċjalment fejn jinġabru numru kbir ta’ nies
bħall-knejjes jew swali tal-Knisja.
Dawn id-direttivi qed jingħataw wara pariri minn esperti fil-qasam tas-Saħħa.
Maħruġa mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, il-Furjana, illum 24 ta’ Frar 2020.
Lawrence Gatt  Joseph Galea Curmi
Kanċillier Isqof Awżiljarju Vigarju Generali