Merħba
Jikteb il-Kappillan – Mejju 2025
Għadna kemm assistejna għall-mewt u l-funeral tal-mibki Papa Franġisku. Għall-ewwel darba f’ ħafna snin, il-Papa għażel li jindifen fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore.
F’dan ix-xahar ta’ Mejju ddedikat lil Marija, xtaqt naqsam magħkom it-talba tal- Papa Franġisku lil Ommna Marija taħt it-titlu tal-Madonna tal-Mellieħa.
Nistiednek tagħmel din it-talba tiegħek. Mat-talb tar-Rużarju f’dan ix-xahar, nistiednek tinvoka lil Marija bit-tliet titli li taha l-Papa Franġisku: Omm it-Tenerezza, Omm il-Viċinanza u Omm il-Ħniena.
Omm Verġni tal-Verb Inkarnat,
Omm Alla meqjuma għal sekli sħaħ
f’dan il-post qaddis.
Ġenerazzjonijiet ta’ Maltin resqu lejk u talbuk;
hawn sabu s-serħan, il-faraġ u l-ħarsien.
Verġni Omm,
kun għalina Omm it-Tenerezza
li tilqa’ lil kulħadd bħala wlied il-Missier
u twassalhom għat-tgħannieqa tal-Ħniena mill-aktar ħelwa.
Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Viċinanza
li tersaq biex tiltaqa’ ma’ kull persuna li qed tbati u togħtor,
u twassalha għall-fejqan tal-ġisem u tar-ruħ.
Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Ħniena
li tiftħilna l-Qalb ħelwa u umli ta’ Ibnek Ġesù
u tgħallimna li l-vera mħabba tagħmel minna ulied tal-Aktar Għoli.
Omm Verġni tal-Mellieħa, itlob għalina.
Ammen
Is-sliem
Dun keith Bonnici
Kappillan
Informazzjoni Oħra
Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com
Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444
Ħinijiet oħra
QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd
TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.
Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.
VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.
RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.
Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.
Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal
It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat
Kuntatti tas-saċerdoti:
Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]
Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]
Mons. Kalċidon Vassallo 79600500 [email protected]
Mons. Anton Vella 79289656 [email protected]
- Ejjew warajja u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. Mt: 4, 19