Il-Logo

Il-logo tal-Parroċċa Familja Mqaddsa fl-Iklin huwa magħmul minn qalb, li tissimbolizza l-imħabba ta’ bejn il-membri tal-familji tagħna li jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom mill-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi.

Il-Mudell tal-Familji

Il-Papa Pawlu VI meta żar Nazaret fil-5 ta’Jannar 1964, għamel diskors mill-aqwa li għadu attwali llum. Fih semma’ bosta virtujiet tal-familja ta’ Nazaret, li familji oħra għandhom jimitaw.

“Id-dar ta’ Nazaret hi SKOLA TAL-EVANĠELJU fejn wieħed jitgħallem jimita l-ħajja ta’ Kristu.”

“Nitgħallmu s-SIWI TAS-SKIET, dik il-ġabra meħtieġa għar-ruħ, meta ninsabu mdawwrin b’kull xorta ta’ għajat u ħsejjes u storbju. O skiet ta’ Nazaret, għallimna nieqfu ftit u nkunu moħħna fil-ħsibijiet tar-ruħ. Urina l-ħtieġa tal-ħajja tat-talb lil Alla.”

“Nitgħallmu kif għandha tkun l-IMĠIEBA TAGĦNA FIL-ĦAJJA TAD-DAR” ( għaqda, għożża, rabta qaddisa, rabta sħiħa, komunjoni, is-sbuħija tal-imħabba.)

“Nitgħallmu dwar ix-XOGĦOL - O dar ta’ Nazaret, dar ta’ bin il-mastrudaxxa, kemm nixtiequ li iżjed nitgħallmu u nfaħħru l-liġi iebsa imma fejjieda tax-xogħol.”