Open Evening tal-Katekiżmu għat-Tfal

Il-Bidu tas-Sena Kateketika 2019 – 2020

Għeżież Ġenituri u Kustodji,
Dawn huma xi avviżi u attivitajiet li bihom se nagħtu bidu għas-sena kateketika 2019 – 2020.

L-ismijiet tal-klassijiet.

Għall-kumdità l-ismijiet tal-klassijiet se jkunu bħal tal-iskejjel, mill-Ewwel Sena sas-Seba’ Sena (Year 1 sa Year 7/Form1). It-Tieni Sena hi tal-Ewwel Tqarbina, is-Seba’ Sena hi tal-Griżma tal-Isqof.

Open Evening taċ-Ċentru tal-Katekiżmu San Ġwann Bosco.

L-Ergħba, 18 ta’ Settembru 2019. 5:15 – 6pm għat-tfal u l-ġenituri ta’ Sena 5, 6 u 7.
Il-Ħamis, 19 ta’ Settembru 2019. 5:15 – 6pm għat-tfal u l-ġenituri ta’ Sena 1, 2, 3 u 4.
It-tfal ser jiltaqgħu mal-katekisti ġodda tagħhom fil-klassijiet assenjati lilhom. Fl-istess ħin il-ġenituri u l-kustodji jkollhom laqgħa mal-kappillan u l-koordinatur fil-knisja, laqgħa informattiva dwar il-programm tal-katekiżmu, inizzjattivi taċ-Ċentru għal din is-sena u linji gwida li se nimxu magħhom. Wara l-laqgħa l-ġenituri jiltaqgħu mal-katekisti ta’ uliedhom fil-klassijiet stess u jinxtraw il-kotba tas-sena kateketika ġdida. Inħeġġukom li tilqgħu din l-istedina u tattendu bi ħġarkom.

Quddiesa.

Il-Ħadd, 22 ta’ Settembru 2019. 11:15am għat-tfal kollha tal-parroċċa fejn isir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola.

Jibda l-katekiżmu għal Sena 2, 3, 4, 5, 6 u 7.

Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru 2019 bejn l-4:30 u l-5:30pm. Jibda jkollhom nhar ta’ Tnejn u Ħamis.

Jibda l-katekiżmu għal Sena 1.

It-Tnejn, 30 ta’ Settembru 2019 bejn l-4:30 u l-5:30pm. Jibda jkollhom kull nhar ta’ Tnejn.

Aktar avviżi u notifikazzjonijiet oħra jintbagħtu meta joqrob iż-żmien.

Nistennew b’ħerqa li niltaqgħu magħkom u ma’ uliedkom għall-Open Evening taċ-Ċentru.
Grazzi.