Formazzjoni għall-Adulti 2022-2023

Programm Formazzjoni tal-Adulti Ottubru 2022 – Settembru 2023
PARROĊĊA FAMILJA MQADDSA – L-IKLIN

Hop-On-Hop-Off Formation Wednesdays mis-6.40 pm sa 7.30 pm

◉ Novembru 2022, L-Erbgħat 2, 9, 16: Id-dipendenzi li jirrendu ’l ħajjitna miżerja
Kelliema: – Dr Anna Vella, Clinical Lead tas-Sedqa, l-Aġenzija Nazzjonali ta’ Malta għad-Dipendenzi;
– Dr Joe Ciappara, lecturer dwar it-Testment il-Qadim u l-Lingwi Bibliċi fil-Fakultà
tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta.

◉ Jannar 2023, L-Erbgħat 11, 18, 25: Il-Papa sena wara jitkellem ma’ qalbna
Kelliema: – Mons Joe Galea Curmi, l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta u Vigarju Ġenerali;
– Fr Jimmy Bonniċi, Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof u lecturer fil-Fakultà tat-Teologija
fl-Università ta’ Malta.

◉ Settembru 2023, L-Erbgħat 13, 20, 27: Niltaqgħu mas-Sultan David
Kelliem: – Fr Sinclair Bugeja, l-ewwel Saċerdot Djoċesan mill-Parroċċa Familja Mqaddsa tal-Iklin u li
qiegħed jispeċjalizza fl-Iskrittura u jipprepara dottorat dwar il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli.

Liturġija tal-Kelma – Bible Wednesdays mis-6.40 pm sa 7.30 pm

L-Erbgħat 4 t’Ottubru, 7 ta’ Diċembru 2022 u 4 ta’ Jannar, 1 ta’ Frar, 1 ta’ Marzu, 3 ta’ Mejju u 7 ta’ Ġunju 2023.

Ċelebrazzjoni tal-Kelma kull l-ewwel Erbgha tax-xahar minn Ottubru 2022 sa Ġunju 2023 li fiha jiġi trattat
l-Evanġelju tat-tieni Ħadd tax-xahar.

Janima: Mons Kalċidon Vassallo, li serva bħala Kappillan u Arċipriet f’diversi parroċċi f’ Malta u li bħalissa
jaqdi fil-Parroċċi tal-lklin u tas-Swatar.

Nisimgħu il-Kelma t’Alla waqt ir-Randan Imqaddes 2023

◉ Eżerċizzi għal kulħadd – Sibtijiet 4, 11, 18, 25 ta’ Marzu u 1 t’ April 2023 fis-6.45 pm
Wara l-quddiesa tas-6pm fit-tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt Sibt tar-Randan 2023
Predikatur: Mons Anton Portelli, Direttur tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara.

◉ Eżerċizzi bl-Ingliż – Tnejn 3, Tlieta 4 u Erbgħa 5 t’April mis-7.30 pm sat-8.00 pm
It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa
Predikatur: Dun Keith Bonniċi, Kappillan tal-Parroċċa Familja Mqaddsa tal-Iklin.

◉ Eżerċizzi għat-tfal żgħar
Il-Ħams u Tnejn 16 u 20 ta’ Marzu 2023, bejn l-4.30pm u l-5.15pm
Predikatur: Glenn Mercieca, magician u leader fil-Kummissjoni Djoċesana Tfal u jaħdem fl-uffiċċju
tal-pastorali mal-Lajċi fil-Kurja Arċiveskovili.

◉ Eżerċizzi għat-tfal kbar
Il-Ħamis u t-Tnejn 23 u 27 ta’ Marzu 2023, bejn l-4.30pm u l-5.15pm
Predikatur: Dun Osmar Baldacchino, Viċi Kappillan tal-Parroċċa Marija Immakulata tal-Ibraġ.

◉ Eżerċizzi għal miżżewgin
Mit-Tnejn 20, sal-Ġimgħa 24 ta’ Marzu 2023, fis-6.40pm (wara l-quddiesa tas-6.15pm)
Predikatur: Dun Anton Cassar, l- Arċipriet ta’ Bormla.

Irtiri

◉ Avvent: Il-Ħadd, 27 ta’ Novembru 2022 bejn id-9.20am u l-11am fis-Sala Parrokkjali

Janima: Dr Joe Ciappara, lecturer fit-Testment il-Qadim u l-Lingwi Bibliċi fil-Fakultà tat-Teoloġija.

◉ Randan: Il-Ħadd, 12 ta’ Marzu 2023 waranofsinhar – Irtir bil-mixi
Janima: Fr Jimmy Bonniċi, ir-Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof, lecturer fil-Fakultà tat-Teologija
u jaqdi wkoll bħala Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Maltija.

Velji

– Pentekoste: Is-Sibt 27 ta’ Mejju 2023 wara l-quddiesa tas-6.00 pm

– Assunta: It-Tnejn 14 ta’ Awwissu 2023 wara l-quddiesa tas-6.00 pm

Seminars għall-Ġenituri u t-Tfal

Kull l-ewwel Ħadd tax-xahar bejn l-9.20am u l-11am

◉ 4 ta’ Diċembru 2022; tfal fis-snin 5, 6, 7

– Għall-ġenituri: Uliedi, il-Mobile bl-internet u Jien
Kelliema: Miriana Ferrito, li taħdem mal-Aġenzija Sedqa

– Għat-tfal: Jgħiduli biex noqgħod attent ma min nagħmilha u xi ħbieb nagħżel, għaliex?
Kelliema: Gabriella Buttigieg, gradwata fil-Psikoloġija u taħdem bħala terapista fil-faċilità korrettiva tal-
Imtaħleb, mal-priġunieri żgħażagħ.

◉ 5 ta’ Frar 2023; tfal fis-snin 2, 3, 4

– Għall-ġenituri: Ma’ uliedi l-fiduċja mhux biss nibniha imma irrid immantniha
Kelliema: Prof. Angela Abela, professur fid-Dipartiment tal-Istudji dwar it-Tfal u l-Familja, psikologa klinika u
terapista tal-familja.

– Għat-tfal: Il-mummy u d-daddy l-aqwa ħbieb u li l-aktar li jafuni
Kelliema: Sr Michela Paris, ħadmet bħala għalliema għal 24 sena u hi Assistent Superjura f’Guardamangia.

◉ 5 ta’ Marzu 2023; tfal fis-snin 5, 6, 7

– Għall-ġenituri: L-edukazzjoni nisranija ta’ wliedna
Kelliem: Dun Carl Mario Sultana, Delegat għall‑Edukazzjoni Reliġjuża tal-Konferenza Episkopali Maltija.

– Għat-tfal: Il-fidi f’Ġesù li qed nittrabba fiha hi mportanti għalija? Kuntent li jien nisrani/ja? Jew nistħi
ngħid li nħobb lil Ġesù?
Kelliema: Sr Anna Sammut ASGM, Soru Agostinjana servi ta’ Ġesu’ u Marija u koordinatriċi djoċesana għal
pastorali mat-tfal.

◉ 7 ta’ Mejju 2023; tfal fis-snin 2, 3, 4
– Għall-ġenituri: “Ħallu t-tfal jiġu għandi”
Kelliem: Patri Eric Cachia SDB, imexxi id-Dar San Patrizju ġewwa tas-Sliema.

● ● ●- Għat-tfal: Ġesù l-aqwa ħabib li jħobbni l-aktar Kelliem: Kevin Vella, missier u Assistent Kap fi Skola tal-Istat.