Jum il-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa tal-Iklin hu s-Sibt 8 ta’ Ġunju.
PROGRAMM TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF
Il-programm ta’ Jum il-Griżma tal-Isqof 2019 hu kif ġej:
Is-Sibt, 8 ta’ Ġunju 2019 – Jum il-Griżma tal-Isqof
4.30 p.m. – 5.35 p.m. – Ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala
5.40 p.m. – Kulħadd ikun bilqiegħda fil-Knisja
5.45 p.m. – Wasla solenni taċ-ċelebrant li se jamministra l-Griżma tal-Isqof
6.00 p.m. – Tibda ċ-ċerimonja tal-Griżma tal-Isqof.
Ta’ min ifakkar li mhux permess videos u ritratti. Ta’ min jiġbed l-attenzjoni dwar l-ilbies tal-ġenituri, żgħażagħ u parrini, li jkun jixraq għad-Dar t’Alla.
It-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2019 – Ħarġa għaż-żgħażagħ tal-Griżma
Infakkarkom ukoll fl-importanza ta’ dawn id-dati:
Il-Ħamis, 2 ta’ Mejju 2019 bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. Poloz, avvizi, u formazzjoni. Importanti li jattendu l-ġenituri u żgħażagħ li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof.
Il-Ħadd, 5 ta’ Mejju 2019
09.45 a.m. – 12.00 p.m. — Seminar għat-tfal u l-ġenituri KOLLHA ta’ tar-Raba’, il-Ħames u s-Sitt Sena tal-Katekiżmu (i.e. Ħames, Sitt Sena u Sena 1 tas-Sekondarja)
11.15 a.m. — Quddiesa Kummissjoni Tfal – Janimaw it-tfal tal-Ħames Sena
Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019 fil-11.15 a.m. — Quddiesa bl-impenn tal-Parrini taż-żgħażagħ li ser jirċievu il-Griżma tal-Isqof. Jattendu il-Parrini, it-tfal u l-ġenituri.