Tqarbin

Tqarbin tal-Morda

It-tqarbin tal-morda fid-djar tagħhom jsir mil-Kappillan jew il-ministri straordinarji ta’ l-Ewkaristija.
Dan isir il-Ġimgħa fil-għodu bejn id-9.00 am u nofsinhar. Isir ukoll tqarbin fil-Għid il-Kbir, il-Milied u nhar l-Ewwel tas-Sena mill-ministri straordinarji tal-Ewkaristija.
Il-familji tal-morda u ta’ dawk li ma jistgħux joħorġu mis-dar u li jixtiequ jitqarbnu, jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju Parrokkjali fuq 21423003 jew lil Fr Keith fuq 79972444.

 

L-Ewwel Tqarbina

Jum L-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa tal-Iklin għal din is-sena (2019) huwa nhar is-Sibt 1, ta’ Ġunju . Fis-6.00 p.m. tiġi ċċelebrata l-Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina.

[wpdm_file id=10]

PROGRAMM TAL-EWWEL TQARBINA

 
Is-Sibt 1 ta’ Ġunju, 2019 Jum l-Ewwel Tqarbina

4.30 p.m. – 5.45 p.m. – Ikun hawn ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala. Tħallux għall-aħħar please.

5.50 p.m. – Tibda’ l-purċissjoni tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

6.00 p.m. – Tibda’ l-quddiesa. Nerġa’ nfakkar li ma jistgħux jinġibdu ritratti jew videos. Ejjew lebsin b’mod li jixraq id-dar t’Alla.

Wara l-Quddiesa Refreshments fis-sala għat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri tagħhom.

Is-Sibt, 21 ta’ Ġunju, 2019 6.00 p.m.Festa ta’ Corpus
Quddiesa u wara t-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina jattendu għall-quddiesa lebsin bl-ilbies tal-preċett. It-tfal iġibu magħhom qoffini bil-fjuri biex jitfugħhom quddiem is-Sagrament. Wara toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament.

 

 

 

 

 

Lista ta’ laqgħat u seminars għall-ġenituri u tfal bi tħejjija għall-Ewwel Tqarbina: