Qari tal-Kelma t’Alla – 28/12/2025

IL-Miġemgħa, Diċembru 2025

pg-2 pg-6 pg-5-min pg-3-min pg-4-min pg-1

Thoughts on this weekend’s gospel – 28/12/2025

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 21/12/2025

Adorazzjoni mal-Papa, Jannar 2026

Merħba

Jikteb il-Kappillan

Dan il-fuljett ħa jasallek lejn l-aħħar tas-sena 2025 u l-bidu tas-sena 2026. It-talba tagħna f’dan iż-żmien tas-sena hija dejjem dik ta’ San Ġorġ Preca ta’ Malta: ‘Grazzi Sinjur Alla. Aħfirli Sinjur Alla’.

  • Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla. Taħsibx fuq il-provi tas-sena li għaddiet imma fuq l-għażliet li għamilt u l-grazzji li rċevejt.
  • Grazzi Sinjur Alla tas-safa u purita li offrejtli. Aħfirli taż-żina li għażilt.
  • Grazzi Sinjur Alla tal-qies u l-moderazzjoni li offrejtli. Aħfirli tal-gula li għażilt jien.
  • Grazzi Sinjur Alla tal-Karita u l-Imħabba li ridt tgħallimni. Aħfirli ta’ meta għamilt wisq għall-flus u għall-ġid li jgħaddi ta’ din l-art.
  • Grazzi Sinjur Alla tal-għaqal li xtaqt fih trawwimni. Aħfirli tal-għażż, tan-nuqqas t’interess u tan-nuqqas t’inizjattiva.
  • Grazzi Sinjur Alla li ridt tedukani fil-paċenzja. Aħfirli li jien għażilt ir-rabbja.
  • Grazzi Sinjur Alla li Int xtaqt tgħallimni l-ġenerożita u l-ħniena. Aħfirli li jien għażilt li nixtieq ħwejjeġ tal-oħrajn u li nkun rgħib għall-flus, il-pożizzjoni u l-ġid.
  • Grazzi Sinjur Alla li Ibnek iċċekken u sar bniedem biex jien nitgħallem l-Umilta’. Aħfirli Sinjur Alla li minflok jien għażilt is-suppervja u ħallejt rasi tikber bija.

Ma nafux x’ħa ġġib is-sena 2026. Nafu fiċ-ċert li ħa ġġib magħha sfidi ġodda. U grazzji wkoll. Hu tradizzjonali fil-Knisja li fl-ewwel Jum tas-sena nitolbu l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

“Spirtu s-Santu Alla, dawwal is-sensi u kebbes il-qalb tal-iskulari ta’ Ġesù Kristu. Ammen”. It-tieni waħda, ftit twila iżda sabiħa ferm, hija s-Sekwenza li ngħidu fil-Festa ta’ Pentekoste:

Spirtu s-Santu, ejja fina,
raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,
xerrdu f’ruħna mis-smewwiet.
O Missier il-foqra tiegħek,
inti ġġib id-doni miegħek,
tagħni b’dawlek qalb l-ulied.

Nixtieqlek sena tajba mimlija tama li tiġi mill-Mulej Ġesu’.

Dun Keith Bonnici

Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Qis li ħadd ma jmaqdrek għax inti żagħżugħ; kun ta’ eżempju għal dawk li jemmnu, fi kliemek u fl-imġiba tiegħek, fl-imħabba, fil-fidi, fis-safa 1Tim:4:12

Attivitajiet tal-Parroċċa

No event found!

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here