Qari tal-Kelma t’Alla – 26/10/2025

IL-Miġemgħa, Novembru 2025

1_pg-6 1_pg-5 1_pg-3 1_pg-4 1_pg-2 1_pg-1

Thoughts on this weekend’s gospel – 26/10/2025

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 26/10/2025

Adorazzjoni mal-Papa, Novembru 2025

Merħba

Jikteb il-Kappillan

Bdejna x-xahar ddedikat lill-mejtin tagħna. Huwa xahar li fih itolbu għalihom bil-qalb aktar mis-soltu, rroddu ħajr ‘l Allat al-ġid li għamlu magħna tul ħajjithom, u nitolbu li l-Mulej jilqagħhom għandu fid-dawl u s-sebħ tal-glorja tiegħu.

Carlo Carretto kien mexxej tal-Azzjoni Kattolika Taljana li għadda ħafna snin ta’ ħajtu bħala eremit. Fil-ktieb tiegħu ‘Ho cercato e ho trovato’ kiteb hekk dwar il-mewt:

“Il-mewt hija sabiħa meta tgħinni nibda mill-ġdid u nara ‘ħwejjeġ ġodda’.

Il-mewt hija sabiħa meta nemmen li terġa troddli lura l-ħajja.

Il-mewt hija sabiħa għaliex nemmen fil-qawmien mill-imwiet.

Il-mewt hija sabiħa għax nemmen li għad jiġi moment meta bħal tifel ċkejken għad niġri biex niltaqa’ ma’ Alla, bħalma tant snin ilu, wara l-iskola, kont niġri isni miġnun biex niltaqa’ ma’ missieri jew ommi jistennewni.

Il-mewt hija sabiħa għax dakinhar għad nara sema ġdid w art ġdida u nies fil-paċi bejniethom kapaċi jħobbu ‘l xulxin.”

Is-sliem u l-ħajr

Dun Keith Bonnici

Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Kalċidon Vassallo  79600500 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla Salm 49(5), 23b

Attivitajiet tal-Parroċċa

No event found!

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here