Qari tal-Kelma t’Alla – 26/04/2026

IL-Miġemgħa, Mejju 2026

1_pg6 1_pg5 1_pg3 1_pg4 1_pg1 1_pg2

Thoughts on this weekend’s gospel – 26/04/2026

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 26/04/2026

Adorazzjoni mal-Papa – April 2026

Merħba

Jikteb il-Kappillan
F’ dan ix-xahar Marjan ta’ Mejju, li qed ngħixuh fi żmien ta’ tensjoni minħabba l-gwerer ta’
madwarna, aħna mistednin nieħdu f’idejna l-kuruna tar-Rużarju u nerfgħu ħarsitna lejn
Marija,Sultana tal-Paċi u nitolbu b’ ħerqa għall-paċi fid-dinja.
Il-kliem tal-Papa Ljun XIV fil-velja tat-talb għall-Paċi nhar Sibt il-Ħniena Divina li għadda
għadhom jidwu fi qlubna:
“Magħqudin fit-talba tar-Rużarju, aħna u nitolbu l-interċessjoni ta’ Ommna Marija, irridu ngħidu
lid-dinja kollha li huwa possibbli li nibnu l-paċi, paċi ġdida; li hu possibbli li ngħixu flimkien mal-
popli kollha tar-reliġjonijiet kollha, tar-razez kollha; li aħna rridu nkunu dixxipli ta’ Ġesù Kristu
magħqudin bħala aħwa, magħqudin ilkoll f’dinja ta’ paċi.”
Nistiednek tagħmel tiegħek din it-talba tal- istess Papa Ljun XIV fit-12 t’ Ottubru 2025 lil Marija,
Sultana tal-Paċi:
“Itlob magħna, Mara fidila, ġuf qaddis tal-Verb.
Għallimna nagħtu widen għall-karba tal-foqra u ta’ ommna l-Art,
attenti għas-sejħat tal-Ispirtu fil-ħemda tal-qalb,
fil-ħajja ta’ ħutna, fil-ġrajjiet tal-istorja,
fil-krib u fil-ferħ tal-ħolqien.
Qaddisa Marija, omm il-ħajjin,
mara qawwija, addolorata, fidila,
Verġni għarusa ħdejn is-Salib
fejn tikkonsma ruħha l-imħabba u tgelgel il-ħajja,
kun int il-gwida tal-impenn tagħna biex naqdu.
Għallimna nieqfu miegħek biswit l-għadd bla qies ta’ slaleb
fejn Ibnek għadu mislub,
fejn il-ħajja hi l-aktar mhedda;
biex ngħixu u nagħtu xhieda tal-imħabba Nisranija
billi nilqgħu f’kull bniedem lil ħuna u oħtna;
biex inwarrbu l-egoiżmu dejjaq
ħalli nimxu wara Kristu, id-dawl veru tal-bniedem.
Verġni tal-paċi, bieb żgur tat-tama,
ilqa’ t-talba ta’ wliedek!
Ammen.”
Is-sliem u l-ħajr.
Dun Keith Bonnici
Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x’tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta’ Alla 1Kor:10:31

Attivitajiet tal-Parroċċa

No event found!

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here