Qari tal-Kelma t’Alla – 23/11/2025

IL-Miġemgħa, Diċembru 2025

pg-2 pg-6 pg-5-min pg-3-min pg-4-min pg-1

Thoughts on this weekend’s gospel – 23/11/2025

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 23/11/2025

Adorazzjoni mal-Papa, Novembru 2025

Merħba

Jikteb il-Kappillan

Imnissla bla ħtija

Fil-bidu tal-Avvent Imqaddes, niċċelebraw is-solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata.

L-Evanġelju tat- 8 ta’ Diċembru jirrakkuntalna kif Alla, l-Aktar Għoli, l-Omnipotenti, permezz tal-Arkanġlu Gabrijel jiddjaloga ma tfajla minn Nazaret, jitlob il-kollaborazzjoni tagħha għal-proġett tas-salvazzjoni tiegħu. U bl- “iva” ta’ Marija lill-Arkanġlu waslet l-Inkarnazzjoni ta’ Iben Alla.

Bħalma hemm fix-xena tal-ħolqien ta’ Adam li Michaelangelo pitter fil-Cappella Sistina, fejn is-sebgħa tal-Missier ċelesti kważi jmiss dak tal-bniedem; l-istess hawnhekk, l-uman u d-divin jiltaqgħu fil-bidu tal-fidwa tagħna. Dan isir b’delikatezza meraviljuża, fil-waqt imbierek li fih il-Verġni Marija tlissen “l-iva” tagħha.

Għalhekk, Marija, kif isejħilha l-Arkanġlu Gabrijel, hi “l-mimlija bil-grazzja” (Lq 1,28), l-Immakulata, kollha kemm hi għas-servizz tal-Kelma t’Alla, dejjem mal-Mulej, tintelaq kollha kemm hi fiH.

Fiha mhemm xejn li jirreżisti r-rieda tiegħu, xejn li jopponi l-verità u l-karità.  Din hi l-beatitudni tagħha, li jgħannu l-ġenerazzjonijiet kollha.

Nifirħu aħna wkoll għax l-Immakulata tagħtna lil Ġesù b’don għas-salvazzjoni tagħna!

Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Is-sliem u l-ħajr.

Dun Keith Bonnici

Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Kalċidon Vassallo  79600500 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Iftaħli għajnejja, biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek. Salm 118(119), 18

Attivitajiet tal-Parroċċa

No event found!

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here