• Moderatur: Marlene Formosa
  • Segretarja: Carmen Zammit
  • email: [email protected]


  • …dak  kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom,
    agħmluh ukoll intom lilhom …  
     (Mt. 7:12)

    Kummissjoni Djakonija


     

    L-għan ewlieni tal-ħidma li twettaq il-Kummissjoni Djakonija hu li tqajjem sens ta’ solidarjetaꞌma’min hu fil-bżonn fost il-membri tal-parroċċa tal-Iklin. Dan tagħmlu billi toħloq awareness dwar xi problema partikulari, torganizza attivitajiet b’risq min ikollu bżonn xi għajnuna, kif ukoll permezz ta’ għajnuniet varji. Fost il-ħidmiet li twettaq il-Kummissjoni Djakonija Iklin hemm:

    §  Tidentifika l-bżonnijiet soċjali tal-Parroċċa u toħloq strateġija dwar kif dawn jistgħu jiġu ndirizzati
    §  Servizz Nisimgħek bis-sehem ta’ trainee counsellors mill-Universita’ ta’ Malta
    §  Visti fid-djar / fl-isptarijiet / fid-djar tal-anzjani u lil min hu waħdu
    §  Fond Solidarjetà – li permezz tiegħu tingħata għajnuna materjali u finanzjarja lil familji / individwi u
    istituzzjonijiet fil-bżonn
    §  Is-Siġra tal-Imħabba fl-Avvent
    §  Torganizza d-Dilka tal-Morda kull Randan
    §  Iġġib il-Blood Mobile Unit darba fis-sena
    §  Taħditiet fuq suġġetti varji (eż dementia, awtiżmu, obesitaꞌ, drogi, saħħa mentali, ADHD eċċ)
    §  toffri Testijiet annwali b’xejn tad-Dijabete, Glawkoma, Piż, Pressjoni.
    §  Tagħmel żewġ ikliet b’xejn fi-sena għal min hu anzjan, marid jew waħdu
    §  Taħdem id f’id mal-ko-ordinament tad-Djakonija fil-Parroċċi biex l-operaturi pastorali tad-Djakonija jkunu mħarrġa
    biex jaqdu sewwa l-ministeru fdat lilhom