Programm taż-Żjara tar-Relikwi ta’ San Carlo Acutis

  1. Programm taż-Żjara tar-Relikwi ta’ San Carlo Acutis

It-Tlieta 17 ta’ Frar 2026 fis-6.15 pm Quddiesa li fiha jiġu milqugħin ir-relikwi ta’ San Carlo Acutis.

L-Erbgħa 18 ta’ Frar 2026 – Ras ir-Randan – Quddies bit-tqegħid tal-Irmied 6.45 am, 8.30 am u 6.15 pm. Fis-6.15 pm Quddiesa ta’ Ras ir-Randan bit-tqegħid tal-Irmied bis-sehem tal-Kummissjoni Tfal, ŻAK w Abbatini. Waqt l-omelija il-virtujiet ta’ San Carlo Acutis jiġu preżentati bħala programm għal dan ir-Randan Imqaddes. Mistednin it-tfal u l-ġenituri. Ġurnata ta’ sawm u astinenza. Wara jkun hemm ħin ta’ talb fis-skiet quddiem ir-Relikwa ta’ San Carlo Acutis.

Il-Ħamis 19 ta’ Frar 2026 – 8.30 am Quddiesa għall-anzjani u morda bis-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. Imexxi l-Kappillan Dun Keith Bonnici.

Wara jkun hemm ħin ta’ talb fis-skiet quddiem ir-Relikwa ta’ San Carlo Acutis.

4.30 pm Laqgħat fi gruppi għat-tfal kollha tal-Katekiżmu dwar San Carlo Acutis u dak li jgħallimna llum.

6.40      pm – 7.30 pm Ħin ta’ talb kommunitarju quddiem ir-relikwi ta’ Carlo Acutis.

Il-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2026 – 5.15 pm Laqgħa għall-Operaturi Pastorali kollha tal-Parroċċa tagħna fis-Sala Parrokkjali. Din hija obbligatorja għall-Ministri tat-Tqarbin.

It-Tnejn 23 ta’ Frar 2026 8.00 am – 11.00 am – Żjajar bir-relikwa ta’ San Carlo Acutis lill-Morda fi djarhom.

  • 00

    days

  • 00

    hours

  • 00

    minutes

  • 00

    seconds

Date

Feb 17 - 23 2026

Time

8:00 AM - 6:00 PM