Nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju, se ssir il-proċessjoni tradizzjonali tal-Qalb ta’ Ġesu’. Ġenituri u tfal tal-Ewwel Tqarbina ġentilment mitluba jkunu fil-Knisja sas-5:50 pm. Il-Quddiesa tibda’ fis-6:00 pm. Il-proċessjoni bis-Santissmu Sagrament toħroġ immedjatament kif tispiċċa l-quddiesa. Ħa jieħdu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina li għandhom jiġu bil-libsa tal-Ewwel Tqarbina, jekk hu possibbli.