Kummissjoni Tfal

Kummissjoni Tfal Iklin (KTI)

Fuq dimensjoni Djoċesana, l-Għanijiet tal-Kummissjoni Tfal huma biex:

  • tara li t-tfal ikollhom iċ-ċans jieħdu sehem b’mod attiv fil-ħajja tal-parroċċa
  • tkun il-vuċi tat-tfal tal-parroċċa
  • tikkoordina l-ħidmiet kollha li jsiru mat-tfal fil-parroċċa
  • tgħin biex it-tfal jikbru b’mod sħiħ bħala persuni Nsara

Il-Kummissjoni Tfal fl-Iklin ġiet imwaqqfa uffiċjalment fid-19 ta’ Mejju 2013.

X’tagħmel il-Kummissjoni Tfal Iklin?

  • Preparazzjoni u animazzjoni tal-quddiesa tat-Tieni Ħadd tax-xahar.
  • Laqgħa darba fix-xahar
  • Quddiesa tal-Festa tal-Familja Mqaddsa addatata għat-tfal.
  • Quddiesa tberik tal-basktijiet ta’ l-iskola.
  • It-tfal jieħdu sehem fil-liturġija ta’ Ras ir-Randan, Lejliet il-Milied u Vġili ta’ L-Għid.
  • Fil-vaganzi tal-Iskola ikollna diversi attivitajiet.

Għal din is-sena (2025/2026) Il-Kummissjoni Tfal Iklin hi komposta hekk:-

LEADERS:-
Jackie Mallia (ko-ordinatur)
Krista Spiteri Antignolo

Matthew Spiteri

President:- Francesco Morena

Segretarju:- Elisa Gatt