Avviżi – Din il-ġimgħa

Avviżi  2 / 3 ta’ Mejja 2026

5 Ħadd tal-Għid Sena A

  1. Liturgija tal-Kelma minn Dun Sinclair Bugeja nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju mis-6.40 pm sas-7.30 pm.
  1. Jum L-Omm – il-weekend tal-Ħadd 9 ta’ Mejju hu l-weekend ta’ Jum l-Omm. Ikun hawn il-barka tal-Ommijiet f’kull quddiesa tal-weekend. Il-quddiesa tal-11.15 am tkun waħda speċjali ta’ Jum l-Omm animata mill-Kummissjoni Tfal. Mistednin it-tfal u l-ġenituri.
  1. Ħarġa tax-Xahar – Il-Ħamis 21 ta’ Mejju 2026 wara l-quddiesa tat-8.30 am. Inżuru l-Knisja tal-Madonna tal Grazzja, Ħaż-Żabbar. Immorru l-Mużew tas-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar. Wara te, kafe’, pastizzi, sandwich u pasta.  Biljetti €18 kull persuna, inkluża l-entratura fil-Mużew tas-Santwarju, mingħand Doris Salomone, Alfred u Monica De Bono u Margaret Azzopardi.
  1. Il-Katekiżmu għat-tfal, jekk Alla jrid, wara l-vaganzi tas-sajf, jibda t-Tnejn 5 t’Ottubru 2026. Dawk it-tfal li huma diġà reġistrati u jattendu l-katekiżmu hawnhekk mitlubin jimlew il-formola ta’ tiġdid tar-reġistrazzjoni mill-ħolqa li ntbagħtitilhom. Dawk li jixtiequ jirreġistraw tfal għall-ewwel darba, bħal dawk li se jkunu Year 1 fl-iskola s-sena d-dieħla, u tfal ġodda oħra minn Year 2 sa Year 7, għandhom jiġu ż-żewġ ġenituri fl-uffiċċju parrokkjali f’wieħed mis-Sibtijiet ta’ Mejju bejn is-7.30 am u l- 10.00 am. Ġenituri ta’ tfal li mhumiex mgħammda l-Iklin għandhom iġibu magħhom ukoll ċertifikat tal-Magħmudija mill-parroċċa ta’ fejn tgħammdu. Ġenituri ta’ tfal li ma joqogħdux l-Iklin għandhom iġibu permess biex jattendu għall-Katekiżmu fl-Iklin mingħand il-Kappillan tal-parroċċa fejn joqogħdu. Ġenituri ta’ tfal li għandhom LSE l-iskola għandhom iġibu rapporti li rċevew mingħand is-CDAU jew speċjalisti oħra.

Skema tal-Pledges 2026 – Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min hu msieħeb fl-iskema tal-pledges li soltu jinġabru f’Marzu u April. Min jixtieq li jagħmel l-offerta tal-pledges, għandu jġibha l-Knisja  u ġentilment ipoġġiha mal-ġabra f’envelopp bl-isem u l-indirizz ta’ min ikun għamel id-donazzjoni. Napprezzaw ħafna l-ġenerożita’ ta’ ħafna nies u li kulħadd jifhem li l-Parroċċa tagħna taħdem biss b’dak li tagħtiha int. Grazzi mill-qalb.