Il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019 – Ġurnata ta’ talb u interċessjoni
‘Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena
nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex
jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.’
(ara Mt 11: 25 – 30)
06.00 am – 7.30 pm Ġurnata ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat
li tulha nitolbu għall-familji kollha tal-parroċċa tagħna. Nitolbu
għal ħutna morda u anzjani, għall-familji żgħażagħ, għan-nanniet,
għall-ġenituri, għal kull min jgħin f’din il-komunita’, għat-tfal u
ż-żgħażagħ u għall-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa tagħna.
6.15 p.m. Quddiesa biex il-Ġimgħa tal-Festa tħalli frott spiritwali.
Iqaddes Monsinjur Anton Vella.
6.40 pm – 7.40 pm Adorazzjoni Komunitarja
