Festa tal-Familja Mqaddsa
Quddiesa tat-Tfal 22 ta’ Jannar 2017
Għeżież Ġenituri
Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar, fil-parroċċa tagħna ser niċċelebraw il-Festa Titulari tal-Familja Mqaddsa.
Bi tħejjija għal din l-okkażjoni, nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar, il-Quddiesa tal-11.15 a.m. ser tkun quddiesa speċjali għat-tfal u l-ġenituri tagħhom.
Nilqgħu fostna biex jipprietka d-Djaknu Dun Sinclair Bugeja. Ser tanima l-Kummissjoni Parrokkjali Tfal u jieħdu sehem it-tfal kollha tal-Iklin.
Intom u t-tfal tagħkom mistiedna li tattendu għal din il-quddiesa. Huwa importanti li t-tfal kollha jġibu ritratt tal-familja li jgħixu fiha biex dan ir-ritratt jittella waqt l-offertorju tal-quddiesa u jitwaħħal fuq board kbir. Imbagħad nitolbu l-protezzjoni tal-familji tagħna mill-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.
Nistedinkom minn qalbi biex iżżommuha free u tattendu.
Grazzi tassew.
Il-paċi magħkom.
Kappillan

