Purċissjoni bil-Bambin Ġesù
Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Diċembru 2016 –– Fil-5.30 p.m. Quddiesa fil-Knisja. It-tfal għandhom ikunu fis-5.40 p.m. fil-Klassijiet please.
Fis-6 p.m. tibda l-Purċissjoni bil-Bambin Ġesù.
Ngħaddu minn Triq PP Saydon, AM Galea, G. Calleja, Service Road ta’ Triq Dun Karm, Ċensu Busuttil, Anton Buttiġieġ u lura għall- Knisja.
In-nies ta’ dawn it-toroq huma mitluba jixegħlu d-djar tagħhom u jieħdu sehem fl-istess triq tagħhom. Waqt il-purċissjoni ħa jimxi l-Prespju ħaj żgħir, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. It-tfal, speċjalment iż-żgħar, huma mitluba li jiġu mlibbsin t’anġli u rgħajja. Irġiel li jistgħu jġorru fanal għandhom ikellmuni please. Wara l-Purċissjoni jsir programm tal-Milied fil-Knisja mtella’ mit-tfal u l-Prietka tal-Milied. Mistiedna l-ġenituri. Wara ssir premjazzjoni lit-tfal fil-klassijiet tagħhom.
Din is-sena, il-Kunsill Lokali ser joffri ikel tradizzjonali tal-Milied lil kull min jattendi.

