When:
October 15, 2016 @ 6:45 PM – 7:45 PM
2016-10-15T18:45:00+02:00
2016-10-15T19:45:00+02:00
Where:
Parroċċa Iklin
Cost:
Free
Il-purċissjoni tar-Rużarju din is-sena ser issir is-Sibt 15 t’Ottubru wara l-Quddiesa tas-6 pm. Qed nistiednu lit-tfal kollha biex jiġu jiffurmaw kuruna ekoloġika kbira tal-bżieżaq fi Pjazza Ninu Cremona waqt ir-Rużarju.
Waqt Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju, ir-Rużarju jintalab qabel kull quddiesa fis-5.55 p.m. Nhar ta’ Tnejn u Ħamis ikun meditat u jibda fis-5.45 p.m. Ikun hemm ukoll Rużarju kuljum mit-Tnejn sas-Sibt quddiem Ġesù Sagramentat Espost wara l-Quddiesa tat-8.30 a.m.

