Iritr bil-mixi għall-familja kollha ma’ Fr Jimmy Bonnici – It-Tnejn 6 t’ April miż-Żebbiegħ sal- Knisja tal-Familja Mqaddsa fil-Bidnija. Nitilqu minn hawn fis-2 pm bit-trasport tal-parroċċa jew niltaqgħu iż-Żebbiegħ fis-2.30 pm. L-irtir jispiċċa fl-4.30 pm. Lura l-Iklin fil-5 pm. Trasport €5 mingħand Alfred u Monica De Bono, Margaret Azzopardi u Doris Salomone.