Purċissjoni Tradizzjonali bil-Bambin Ġesù
Purċissjoni Tradizzjonali bil-Bambin Ġesu’ – Il-Ħamis 18 ta’ Diċembru 2025
Fil-5.15 pm Quddiesa
fis-6.00 pm, ser toħroġ il-Purċissjoni Tradizzjonali bil-Bambin Ġesu’. Purċissjoni tal-Bambin li tibda’ mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, Ġuże Pesci, AM Caruana, naħa t’isfel ta’ Triq Erin Serracino Inglott, Richard Taylor, May Butcher, Pawlu Grech, Anastasju Cuschieri, Anton Buttigieg sal-Knisja Parrokkjali.
B’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, se jkun hemm il-parteċipazzjoni ta’ presepju żgħir ħaj, w il-Banda St Pio X. Il-Grupp tal-Iskawts tal-Iklin se jieħdu sehem ukoll.
It-tfal, speċjalment iż-żgħar, huma mistiedna jilbsu ta’ anġli jew rgħajja u jġibu magħhom xi fanal żgħir. Il-Ġenituri huma mistiedna jiġu wkoll.
Wara, fil-pjazza, se jkun hemm il-Priedka Tradizzjonali tal-Milied, it-tfal ikantaw innijiet tal-Milied, kif ukoll xi gabbani b’candy floss, popcorn w ikel u xorb tal-Milied. L-attivita’ tibqa’ għaddejja sad-9.00 pm. Kulħadd mistieden jattendi.
-
00
days
-
00
hours
-
00
minutes
-
00
seconds
