Purċissjoni Tradizzjonali tal-Bambin
Purċissjoni Tradizzjonali tal-Bambin
Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru 2024 fis-6.00 pm, ser toħroġ il-Purċissjoni Tradizzjonali bil-Bambin Ġesù. Purċissjoni tal-Bambin li tibda minn quddiem il-JB fi Triq il-Klin, parti minn Triq il-Klin, u tgħaddi minn dawn it-toroq: parti minn Stefano Erardi, parti minn Giovanni Curmi, taqsam Triq Geronimo Abos u tkompli minn Triq Alfons Maria Galea, Pietru Pawl Saydon u lura għall-Knisja Parrokkjali.
Bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ser ikun hemm bħal snin imgħoddija sehem ta’ bandisti mill-Banda San Pio X, Ħal Lija. Ukoll sehem tal-baqra u mogħża ħalli jkollna presepju żgħir ħaj li jakkompanja l-purċissjoni. Wara prietka tradizzjonali tal-Milied u premjazzjoni tat-tfal tal-Katekiżmu. Mistiedna l-ġenituri. L-aħħar ġurnata tal-Katekiżmu.
Ser ikun hemm fil-pjazza xi Christmas Stalls u ambjent ta’ ferħ għall-familja kollha. F’dak il-ħin, jindaqqu innijiet tal-Milied waqt li jkun hemm ħin soċjali flimkien għall-komunità.
-
00
days
-
00
hours
-
00
minutes
-
00
seconds