Avviżi – Din il-ġimgħa

Avviżi  4 / 5 t’April 2025 – Ħadd il-Għid Sena A

  1. Nixtiequ lil kulħadd Għid qaddis fil-Mulej.
  1. Grazzi lil kull min għen biex dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tat-Tridu tal-Għid ikunu ppreparati u sbieħ kif jogħġob lil Alla. Il-Mulej ibierek lilkom li attendejtu ħalli Alla jkun imsebbaħ f’kollox.
  1. Għada l-Ħadd L-Għid il-Kbir – Jum il-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej Ġesù: Quddies 8.30 am, 10.00 am,11.15 am u 6.00 pm.
  1. Il-ġabra għad-Dar tal-Kleru nhar Ħamis ix-Xirka kienet ta’ €470.03. Grazzi ferm.
  1. Iritr bil-mixi għall-familja kollha ma’ Fr Jimmy Bonnici – It-Tnejn 6 t’April miż-Żebbiegħ sal-Knisja tal-Familja Mqaddsa fil-Bidnija. Nitilqu minn hawn fis-2 pm bit-trasport tal-parroċċa jew niltaqgħu ż-Żebbiegħ fis-2.30 pm. L-irtir jispiċċa fl-4.30 pm. Lura l-Iklin fil-5 pm. Trasport €5 billi tikteb ismek fuq il-mejda tal-Battisteru u tħalli €5 kull ras f’envelopp bl-isem, kunjom u mobile ta’ kull min ġej fil-letter box tal-parroċċa – sal-lum.
  1. L-Erbgħa 8 t’April 2026: Żjara fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton. Fit-8 am nitilqu mill-Iklin. Huwa importanti li min ġej, meta jibbukkja, jagħti n-numru tal-Karta tal-Identita’. Biljetti €18 mingħand Alfred u Monica De Bono, Margaret Azzopardi u Doris Salomone.
  1. Tberik u żjajjar tal-familji fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu mqassma kif ġej:
  • It-Tlieta 7 t’April 2026 Triq il-Plejju
  • Il-Ġimgħa 10 t’April 2026 Triq Triq Il-Wied u Triq l-Awrikarja
  • It-Tlieta 14 t’April 2026 Triq il-Għargħur, Limiti tal-Balal
  • Il-Ġimgħa 17 t’April 2026 Triq ir-Razzett l-Aħmar, triq il-Prinjol u Triq in-Namur.
  1. Il-Ħadd li ġej 12 t’April jaħbat il-Ħadd tal-Ħniena Divina. Għalhekk fil-5.00 pm (il-Ħadd) ser issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina u wara l-Quddiesa tas-6.00 pm. Ikun hawn servizz tal-qrar.
  1. Id-direzzjoni tal-iskola ta’ Ħal Lija tavża li min jixtieq jikteb lil uliedu li twieldu fl-2023 biex jidħlu fil-Kindergarten tal-iskola ta’ Ħal Lija , għandu jirrikorri fl-istes skola biex japplika. Grazzi.
  1. Wara l-Velja tal-Għid: wara l-quddiesa nieħdu xi ħaġa żgħira flimkien aħna u ħerġin. L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd
  1. Il-Ħadd 5 t’April 2026 – L-Għid il-Kbir – Jum il-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej Ġesù. Quddies fit-8.30 am, 10.00 am, 11.15 am u 6.00 pm.
  1. Iritr bil-mixi għall-familja kollha ma’ Fr Jimmy Bonnici – It-Tnejn 6 t’April miż-Żebbiegħ sal-Knisja tal-Familja Mqaddsa fil-Bidnija. Nitilqu minn hawn fis-2 pm bit-trasport tal-parroċċa jew niltaqgħu iż-Żebbiegħ fis-2.30 pm. L-irtir jispiċċa fl-4.30 pm. Lura l-Iklin fil-5 pm. Trasport €5. Booking ma’ Alfred u Monica De Bono, Margaret Azzopardi u Doris Salomone.
  1. L-Erbgħa 8 t’April 2026. Żjara fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton. Fit-8 am nitilqu mill-Iklin. Fit-8.45 am quddiesa fil-Kappella Russa. Fl-10-30 pm Kafe eċċ u laqgħa mal-President tar-Repubblika. Inżuru s-swali ta’ fuq tal-Palazz. Huwa importanti li min ġej, meta jibbukkja, jagħti n-numru tal-karta tal-Identita’. Biljetti €18 mingħand Alfred u Monica De Bono, Margaret Azzopardi u Doris Salomone.
  1. Id-direzzjoni tal-iskola ta’ Ħal Lija tavża li min jixtieq jikteb lil uliedu li twieldu fl-2023 biex jidħlu fil-Kindergarten tal-iskola ta’ Ħal Lija , għandu jirrikorri fl-istes skola biex japplika. Grazzi.
  1. Wara l-Velja tal-Għid: wara l-quddiesa nieħdu xi ħaġa żgħira flimkien aħna u ħerġin. L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd.

It-Tlieta 7 t’April 2026 mis-6.40 pm sas-7.30 pm Dun Sinclair Bugeja joffri spjega tal-Evanġelju tal-Ħadd li jmiss. Kulħadd mistieden.