Kummissjoni Tfal Iklin (KTI)
Fuq dimensjoni Djoċesana, l-Għanijiet tal-Kummissjoni Tfal huma biex:
- tara li t-tfal ikollhom iċ-ċans jieħdu sehem b’mod attiv fil-ħajja tal-parroċċa
- tkun il-vuċi tat-tfal tal-parroċċa
- tikkoordina l-ħidmiet kollha li jsiru mat-tfal fil-parroċċa
- tgħin biex it-tfal jikbru b’mod sħiħ bħala persuni Nsara
Il-Kummissjoni Tfal fl-Iklin ġiet imwaqqfa uffiċjalment fid-19 ta’ Mejju 2013.
X’tagħmel il-Kummissjoni Tfal Iklin?
- Preparazzjoni u animazzjoni tal-quddiesa tat-Tieni Ħadd tax-xahar.
- Laqgħa darba fix-xahar
- Quddiesa tal-Festa tal-Familja Mqaddsa addatata għat-tfal.
- Quddiesa tberik tal-basktijiet ta’ l-iskola.
- It-tfal jieħdu sehem fil-liturġija ta’ Ras ir-Randan, Lejliet il-Milied u Vġili ta’ L-Għid.
- Fil-vaganzi tal-Iskola ikollna diversi attivitajiet.
Għal din is-sena (2025/2026) Il-Kummissjoni Tfal Iklin hi komposta hekk:-
LEADERS:-
Jackie Mallia (ko-ordinatur)
Krista Spiteri Antignolo
Matthew Spiteri
President:- Francesco Morena
Segretarju:- Elisa Gatt