Ir-Rużarju Mqaddes

"Intom titolbu r-Rużarju kuljum? Hekku, it-talba ma' Marija, b'mod speċjali r-Rużarju għandha wkoll din id-dimensjoni "ta' taqbida", jiġifieri ta' ġlieda, hija talba li ssaħħaħna fil-gwerra kontra l-ħażin u l-kompliċi tiegħu. Ir-Rużarju wkoll isaħħaħna f'din il-ġlieda." [Papa Franġisku 15 ta' Awwissu 2013]

"Tini armata li jgħidu r-Rużarju, u jien nirbaħ id-dinja." [Papa Piju IX]

"Ir-Rużarju huwa l-mod kif tikkontempla l-wiċċ ta' Kristu, narawh - nistgħu ngħidu - minn għajnejn Marija." [Papa Ġwanni Pawlu II]

"Il-Verġni Marija tkun tistenniena sa nofs il-lejl biex insellmulha mqar b'ħames posti Rużarju." [San Ġorġ Preca]

Il-Misteri tal-Ferħ

It-Tnejn u s-Sibt

  1. L-Anġlu jħabbar lil Marija “Mimlija bil-grazzja” (Lq 1, 26-38)
  2. Marija żżur lil qaribitha Eliżabetta (Lq 1, 39-45)
  3. Ġesu’ jitwieled f’Betlem (Lq 2, 1-7)
  4. Ġesu’ jkun ippreżentat fit-tempju (Lq 2, 21-24)
  5. Ġesu’ jinstab fit-tempju (Lq 2, 41-20)

Il-Misteri tat-Tbatija

It-Tlieta u l-Ġimgħa

  1. Ġesu’ jitlob fil-ġnien taż-żebbuġ (mt 26, 36-37)
  2. Ġesu’ jkun ifflaġellat (Mk 15, 16-20)
  3. Ġesu’ jkun ikurunat bix-xewk (Gw 19, 1-5)
  4. Ġesu’ jitla’ l-Kalvarju (Lq 23, 26-32)
  5. Ġesu’ jmut fuq is-salib (Gw 19, 25-30)

Il-Misteri tal-Glorja

Il-Ħadd u l-Erbgħa

  1. Ġesu’ jqum mill-mewt (Mt 28, 1-8)
  2. Ġesu’ jitla’ s-sema (Lq 24, 50-53)
  3. L-Ispirtu s-Santu jinżel fuq l-appostli (Atti 2, 1-4)
  4. Marija tkun imtellgħa s-sema (Apk 12, 1)
  5. Marija fil-glorja (Lq 1, 46-49)

Il-Misteri tad-Dawl

Il-Ħamis

  1. Ġesu’ jitgħammed fil-Ġordan (Mt 3, 13-17)
  2. Ġesu’ juri ruħu fit-tieġ ta’ Kana (Gw 2, 1-11)
  3. Ġesu’ jħabbar is-saltna ta’ Alla (Mt 5, 3-10)
  4. Ġesu’ jinbidel fuq muntanja għolja (Mk 9, 2-8)
  5. Ġesu’ jwaqqaf l-Ewkaristija (Mt 26, 26-29)