Min jiċċelebra iż-Żwieġ tiegħu fill-Knisja tal-Iklin

Qabel iż-Żwieġ

  1. Araw Ii tippreżentaw fl-uffiċċju parrokkjali l-karta tan-Notifikazzjoni taz-Żwieġ Ii ġġibu mill-Kurja. Wieħed irid iġib ukoll il-karti uffiċjali tal-gvern li jingħataw għaxart ijiem qabel it-tieġ.
  2. Tridu wkoll tagħtu l-isem tas-saċerdot li jkun se jassisti għaż-Żwieġ tagħkom. Dan biex il-kappillan ikun jista’ jagħtih id-delega, li mingħajrha ma jistax isir iż-Żwieġ. Tistgħu wkoll tiftiehmu ma’ dan is-saċerdot il-qari u l-affarijiet l-oħra tal-Quddiesa.

 

Għal Dakinhar taż-Żwieġ

  1. Ix-xhieda, flimkien mal-għarus, jidħlu fis-sagristija almenu kwarta qabel u jippreżentaw ruħhom lis-saċerdot li jkun se jassisti għaż-Żwieġ.
  2. Wieħed għandu jara mas-sagristan il-mod kif ser jitpoġġew il-fjuriĦadd m’għandu jċaqlaq xejn mill-Knisja mingħajr permess. Tajjeb Ii wieħed isaqsi jekk qabel hux ser ikun hemm xi żwieġ iehor jew xi funzjoni oħra fil-Knisja biex ikun jista’ jirranġa l-fjuri skont il-każ. L-atmosfera tal-Knisja hi diġa’ sabiħa u għalhekk wieħed m’għandu qatt jesaġera fin-numru ta’ fjuri. Jekk ikunu ser isiru fjuri fuq l-artal mejda (fejn tiġi ċċelebrata I-Quddiesa) araw li dan ma jkunx għoli b’tali mod li jtellef lis-saċerdot u s-Sagrament tal-Ewkaristija.
  3. Tajjeb li tgħidulna qabel lil min se ġġibu għall-mużika u l-kant. Ma jistax isir kant mhux sagru.
  4. Ftiehmu tajjeb ma’ tar-ritratti u tal-vidjow biex ma jtellfux waqt il-funzjoni. Ftakkru li din hi ċ-Ċerimonja speċjali tagħkom. L-attenzjoni prinċipali għandhom ikunu biss is-saċerdot u l-għarajjes. Mhux permess vidjow waqt l-omelija.
  5. Araw li l-ilbies tagħkom u ta’ dawk li jiddependu minnkom ikun jixraq lid-Dar t’Alla. Dan nistennewh ukoll mill-mistednin tagħkom. Ilbies li jintlibes għas-sala mhux dejjem ikun xieraq għall-Knisja.
  6. Wara l-Quddiesa l-għarajjes u x-xhieda, flimkien mas-saċerdot, jiffirmaw id-dokumenti uffiċjali tal-gvern. Tiffirmaw żewġ kopji u l-għarusa tiffirma bil-kunjom ta’ xebba.