Grupp Fundraising

Il-Grupp Fundraising jieħu ħsieb jorganizza attivitajiet soċjali biex jinġabru fondi għall-Parroċċa u ċ-Ċentru Parrokkjali. Dan kollu jsir biex jinħoloq spirtu ta’ community building u biex il-familji tal-Parroċċa jieħdu gost flimkien f’ambjent nisrani. Il-Grupp Fundraising jieħu ħsieb il-ġbir tal-Pledges. Numru ta’ familji jwiegħdu li jagħtu € 2.50 fix-xahar b’risq il-ħlas tas-self fuq il-Knisja u ċ-Ċentru Parrokkjali. Jekk għadek mintix f’din l-iskema, allura ikkuntattjana. Il-ħlas hu ta’ €2.50 fix-xahar li jistgħu jitħallsu f’daqqa (għal sena), kull sitt xhur, kull tliet xhur jew kull xahar. Grazzi lil kulħadd tas-sapport li tagħtuna.

L-Attivita` Li Jmiss

Wine & Pizza u Tombola
17 ta’ Jannar 2014
f
is- 7.30 pm
Prezz € 3.50

Ko-ordinatur:
Joseph Mallia – Mob: 99424199