Katekiżmu għat-Tfal

L-Ewwel Sena

Fil-klassi tal-ewwel sena, li hi bi tħejjija għall-Ewwel Tqarbina, nużaw il-ktieb “Ġesu` l-akbar ħabib tagħna”. Dan il-ktieb fih ħames taqsimiet.

L-ewwel Taqsima: Kemm iħobbna Alla - Tana l-ħolqien, nies li jħobbuna, il-ġenituri u n-nanniet u l-anġlu kustodju. Kemm għandna għax nirringrazzjaw lil Alla ta’ dan kollu.

It-tieni Taqsima: Marija Omm Ġesu` - L-anġlu deher lil Marija u qalilha li ser ikollha iben. Ir-rakkont kollu tat-twelid ta’ Ġesu`.

It-tielet Taqsima: Min hu Ġesu` - Il-ħajja ta’ Ġesu` tifel. Ġesu` hu l-akbar ħabib u l-akbar għalliem tagħna. L-għażla tat-tnax-il appostlu. Il-mirakli.

Ir-raba’ Taqsima: Għandna nagħmlu bħal Ġesu`. Ġesu` hu r-Ragħaj Tagħna. Insemmu xi eżempji ta’ qaddisin tfal li kienu jħobbu ħafna lil Ġesu`. Ġesu` qiegħed magħna dejjem permezz tas-Sagramenti. It-tfal jippreparaw għas-Sagrament tal-Qrar u jagħmlu l-ewwel qrara tagħhom.

Il-ħames Taqsima: Ġesu` jibqa’ magħna dejjem fl-Ewkaristija. Spjegazzjoni tal-Quddiesa u t-Tqarbin. It-tfal jirċievu lil Ġesu` għall-ewwel darba.

Katekisti: Room 2 : Ms Marlene Formosa,Ms Michelle Cini u Ms Marlene Abela
Room 4: Ms Sue Camilleri Woodhouse u Ms Marthese Vassallo