Tqarbin

Tqarbin tal-Morda

It-tqarbin tal-morda fid-djar tagħhom jsir mil-Kappillan jew il-ministri straordinarji ta’ l-Ewkaristija.
Dan isir il-Ġimgħa fil-għodu bejn id-9.00 am u nofsinhar. Isir ukoll tqarbin fil-Għid il-Kbir, il-Milied u nhar l-Ewwel tas-Sena mill-ministri straordinarji tal-Ewkaristija.
Il-familji tal-morda u ta’ dawk li ma jistgħux joħorġu mis-dar u li jixtiequ jitqarbnu, jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju Parrokkjali fuq 21423003 jew lil Fr Keith fuq 79972444.

 

L-Ewwel Tqarbina

Jum L-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa tal-Iklin għal din is-sena (2017) huwa nhar is-Sibt 17, ta’ Ġunju . Fis-6.00 p.m. tiġi ċċelebrata l-Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina.

PROGRAMM TAL-EWWEL TQARBINA

 

l-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016 fis-7.15 pm — Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Ħamis 2 ta’ Frar 2017 Jum il-Preżentazzjoni tal-Mulej — Issir Quddiesa, Purċissjoni u Preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-6.15 pm.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar, 2017 fis-7.15 pm — Laqgħa ma’ għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu, 2017 fis-7.15 pm — Laqgħa ta’ Preparazzjoni għall-Ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.

It-Tnejn 10 t’ April , 2017 bejn l-4.30 pm u l-5.15 pm — L-Ewwel Qrara għat-tfal tal-Ewwel Sena Jingħataw drinks lit-tfal.

Is-Sibt 6 ta’ Mejju 2017 Seminar qabel l-Ewwel Tqarbina
9.00 – 11.00 Tfal (seminar) mis-Sisters ta’ Santa Monika
9.00 – 10.00 Briefing Ġenituri (poloz u avviżi)
10.00 – 11.00 Seminar għall-ġenituri

Is-Sibt 20 ta’ Mejju, 2017 bejn il-5.00-6.00p.m. –- Qrar għall-ġenituri tal-Ewwel Tqarbina

Il-Ħamis 25 ta’ Mejju, 2017 — Assessment għat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina

Is-Sibt 17 ta’ Ġunju, 2017 Jum l-Ewwel Tqarbina
4.30p.m.- Ikun hawn ħin biex jittieħdu xi ritratti fis-sala. Tħallux għall-aħħar please.
5.30p.m. – Jingħalaq il-bieb tas-sala għall-aħħar ritratti.
5.35p.m. – Tibda l-purċissjoni tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Jakkumpanjawhom il-ġenituri flimkien mal-qraba u ħbieb.
6.00p.m. – Tibda l-quddiesa. Nerġa’ nfakkar li ma jistgħux jinġibdu ritratti jew videos. Ejjew lebsin b’mod li jixraq id-dar t’Alla.
Wara l-Quddiesa Refreshments fis-sala għat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri tagħhom.

It-Tnejn, 19 ta’ Ġunju, 2017 — Party għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju, 2017 – fis-6.00p.m. — Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Quddiesa u wara t-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina jattendu għall-quddiesa lebsin bl-ilbies tal-preċett. It-tfal iġibu magħhom qoffini bil-fjuri biex jitfugħhom quddiem is-Sagrament. Wara toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament.

 

 

 

 

 

Lista ta’ laqgħat u seminars għall-ġenituri u tfal bi tħejjija għall-Ewwel Tqarbina: