Żwieġ

Sentejn qabel iż-żwieġ, l-għarajjes għandhom jinfurmaw lill-Kappillan bid-data taż-żwieġ tagħhom, u l-Knisja fejn ser tiġi ċċelebrata l-Quddiesa. Għandhom jibbukkjaw personalment għall-kors ta’ tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani organizzat mill-Moviment ta’ Kana.

Għall-iskeda ta’ laqgħat tal-Kors ta’ Kana fill-Parroċċa tal-Iklin għall-2015, agħfas hawn.

Għal aktar informazzjoni dwar x’għandek tagħmel biex tħejji għaż-żwieġ tiegħek, agħfas hawn.

Għal informazzjoni għal dawk li ser jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom fill-Knisja tal-Iklin, agħfas hawn.

Isir evening seminar għall-koppji għarajjes li jkunu ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur.
Jekk toqgħod fl-Iklin, mhux anqas minn tlett qabel iż-żwieġ, għandek tagħmel appuntament mall-Kappillan billi ċċempel 79972444 jew 21423003.
Ikollok bżonn iċ-ċertifikati tal-Magħmudija u tal-Ġriżma ta’ l-Isqof. Jintlew il-formoli neċessarji u jittieħed il-ġurament fuqhom. Wara l-għarajjes imorru l-Kurja u r-Reġistru Pubbliku.

 

Preparazzjoni għaż-żwieġ:

  • Ħudu ħsieb li tagħżlu kmieni saċerdot biex iżewwiġkom:
  • Ħudu ħsieb ta’ qrar flimkien kmieni;
  • Tkun ħaġa sabiħa li tbierku d-dar li sa tidħlu fiha;
  • Tajjeb li tħeġġu lill-familjari tagħkom jaħsbu ġurnata qabel għall-qrar;
  • Tistgħu tagħżlu intom stess il-qari tal-quddiesa;
  • Araw li fid-dar ikollkom kurċifiss jew xbieha devota li titolbu quddiemha;
  • Araw issibux xi ktieb jew website li minnu tieħdu t-talb.
  • Xieraq li l-għarajjes u anke l-mistednin ikunu libsien sabiħ imma deċenti. Mhuwiex deċenti l-ilbies skullat u qasir iżżejjed. B’mod speċjali l-għarusa għandha tieħu ħsieb dak li jiddependi minnha bħall-libsa tagħha u tal-bridesmaids.
  • Aktar tagħrif jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

Ittra lill-għarajjes mill-Kappillan

Ittra lill-gharajjes mill-Kappillan