Merħba
Jikteb il-Kappillan – Lulju 2025
Jiena u nikteb, qed jaslu bla waqfien aħbarijiet allarmanti mill-Lvant Nofsani, l-aktar mill-Iran.
Il-kliem tal-Papa Leone XIV waqt l-Angelus tal-Ħadd 22 ta’ Ġunju huwa konċiż u relevanti:
“F’dax-xenarju drammatiku, li jinkludi lil Iżrael u l-Palestina, hemm riskju li t-tbatija ta’ kuljum tal-popolazzjoni tintesa, speċjalment f’Gaża u f’territorji oħra, fejn l-urġenza ta’ għajnuna umanitarja qed issir dejjem aktar urġenti.
“Illum daqs qatt qabel, l-umanità tgħolli leħinha biex tinvoka l-paċi. Hi għajta li titlob responsabbiltà u raġuni, u qatt m’għandha tkun fgata mill-ħsejjes itarrxu tal-armi u tal-kliem retoriku li jinċitaw il-kunflitt. Kull membru tal-komunià internazzjonali għandu responsabbiltà morali: li jwaqqaf it-traġedja tal-gwerra qabel ma din issir dagħbien irreparabbli. Ma jeżistux kunflitti “mbiegħda” meta hemm id-dinjità tal-bniededm fin-nofs.
“Il-gwerra ma ssolvix problemi, anzi tkabbarhom u tħalli feriti fondi fl-istorja tal-popli, feriti li jieħdu ġenerazzjonijiet sħaħ biex jitfejqu. Ebda rebħa bl-armi qatt ma tista’ ttaffi l-uġigħ tal-ommijiet, il-biża’ fit-tfal, il-ġejjieni misruq.
“Jalla d-diplomazija ssikket l-armi! Jalla n-nazzjonijiet ifasslu l-ġejjieni tagħhom bl-opri tal-paċi mhux bil-vjolenza u l-kunflitti mdemmija!”
Is-sliem u l-ħajr
d. Keith Bonnici
Informazzjoni Oħra
Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com
Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444
Ħinijiet oħra
QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd
TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.
Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.
VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.
RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.
Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.
Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal
It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat
Kuntatti tas-saċerdoti:
Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]
Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]
Mons. Kalċidon Vassallo 79600500 [email protected]
Mons. Anton Vella 79289656 [email protected]
- Mhux kull min jgħidli ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-Smewwiet. Mt: 7, 21