Qari tal-Kelma t’Alla – 05/05/2024

IL-Miġemgħa, Mejju 2024

pagna-4 1_pagna-1-min pagna-3-min pagna-5 pagna-2 pagna-6-min

Il-‘Flimkien’ Mejju 2024

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 05/05/2024

Adorazzjoni mal-Papa, Mejju 2024

Merħba

Jikteb il-Kappillan

Mejju, Marija u l-Paċi fid-dinja

F’dan ix-xahar ta’ Mejju, miżgħud bi traġedji kbar madwarna ta’ gwerer fil-Gaża, l-Ukranja u ħafna partijiet oħra tad-dinja, xtaqt li naqsam talba li waħda soru, Sr Maria Angela fsp, kitbet lil Marija, fix-xahar tagħha ta’ Mejju, għall-paċi madwarna.

“B’vuċi waħda, Marija, insejħulek: ġib il-paċi lid-dinja.

L-għajjat tal-foqra jitla’ lejn Alla, id-disprament tan-nies jgħajjat: Il-biża’ tad-dgħajjef ifittex il-mistrieħ, id-dmugħ tat-tfal jitlob futur.  Sostnina, Marija, f’din il-ħtieġa ddisprata għall-paċi.

Jalla l-qlub tal-potenti jikkonvertu għall-imħabba u jalla l-pjanijiet tagħhom jiżirgħu ż-żerriegħa tat-tama.

Nibqgħu b’dirgħajna mgħollija lejn is-sema, għax miegħek, Omm, irridu nitolbu lil Alla jrażżan is-setgħana u jżomm lura l-irjieħ tal-mewt.

Ibqa’ magħna, Marija, Reġina tal-Paċi, hekk kif nistennew bil-fiduċja għal żernieq ta’ jum ġdid ta’ paċi, ġustizzja u sliem!

Ammen.”

Is-sliem u l-ħajr

Keith Bonnici

Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Kalċidon Vassallo  79600500 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Jiena d-dielja, intom il-friegħi, jgħid il-Mulej; min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott. Ġw: 15,5

Attivitajiet tal-Parroċċa

No event found!

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here