Qari tal-Kelma t’Alla – 14/04/2024

IL-Miġemgħa, April 2024

1_pagna-3-min 1_pagna-4 1_pagna-2-min 1_pagna-1-min 1_pagna-5 pagna-6-min

Il-‘Flimkien’ April 2024

Riflessjoni fuq l-Evanġelu – 14/04/2024

Adorazzjoni mal-Papa, April 2024

Merħba

Jikteb il-Kappillan – It-talba tiegħi

Int u jien kif nitolbu? Nitlob minn qalbi? Jew b’fommi biss?

Ġesù jgħidilna: ‘Mulej, Mulej’ imma min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri, dak jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet. (Mt 7: 21 – 29)

Ġieli ngħidlu: ‘Mulej, Mulej’. Ġieli Nitlob, imma biex naqla biss. Għax għandi bżonnu. Imma nħobbu ta’ veru lil Alla?

Talbi jkun:

  • bla sens, bla fidi, bla mħabba,
  • bla żelu għall-qdusija, bla ma niddependi kompletament fuq Alla tiegħi,
  • bla xewqa li naqdi lil ħuti,
  • bla xewqa li ngħaddi mill-Bieb id-dejjaq li jwassal għas-salvazzjoni,
  • bla xewqa li naħfer lil ħuti,
  • bla xewqa li niddixxiplina ruħi ħalli nagħmel dak li jrid Alla minni.

It-talba tiegħi ma tkunx tiswa, u ma togħġobx lil Alla.

Mhux kull min jgħidli ‘Mulej, Mulej’ imma min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri, dak jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.

Is-sliem u l-ħajr.

Dun Keith Bonnici

Kappillan

Informazzjoni Oħra

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, L-Iklin IKL 1302 www.parroccaiklin.com

Tel 21423003 – email: [email protected] – Mobile Kappillan 79972444

 Ħinijiet oħra

QRAR: Qabel kull Quddiesa tal-obbligu u tal-Ħadd

TQARBIN TAL-MORDA: Kuljum tal-ġimgħa filgħodu b’appuntament wara li ssir talba lill-Kappillan.

Adorazzjoni Ewkaristika: fis-skiet il-Ħamis mis-6.00 a.m. sas-6.00 p.m.

VIA SAGRA: kull nhar ta’ Ġimgħa fis-5.50 p.m.

RUŻARJU: kuljum għoxrin minuta qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Ħin tal-Uffiċċju Parrokkjali: s-Sibt 7.10 a.m. sa 10.30 a.m.

Ħin tal-Katekiżmu għat-Tfal

It-Tnejn u l-Ħamis bejn l-4.30 p.m. u l-5.15 p.m. fil-ġranet tal-iskejjel tal-Istat

Kuntatti tas-saċerdoti:

Dun Keith Bonnici 79972444 [email protected]

Dun Karm Busuttil 79729444 [email protected]

Mons. Kalċidon Vassallo  79600500 [email protected]

Mons. Anton Vella  79289656 [email protected]

 

  • Lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla Salm 49(5), 23b

Mulej Ġesù, fakkarni dejjem li għalik m'hemm xejn li ma jistax isir.

Talba: Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla

Kindly read our legal disclaimer here