Ras ir-Randan

When:
February 18, 2015 @ 6:15 PM
2015-02-18T18:15:00+01:00
2015-02-18T18:45:00+01:00

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Frar 2015 huwa Ras ir-Randan u jibda Żmien ir-Randan. Nixtiequ li r-Randan din is-sena jkun għall-familji tagħna żmien qaddis aktar mis-soltu permezz ta’ talb, sawm u għoti ta’ karita’. Dan jgħodd ukoll għat-tfal.

Għalhekk din is-sena ħsibna li tkun idea tajba li ninvolvu it-tfal biex niċċelebraw il-quddiesa f’Ras ir-Randan. Qed inħeġġeġ t-tfal kollha li jiġu għall-Katekiżmu tat-Tfal sabiex jiġu flimkien mal-familji tagħhom għall-quddiesa ta’ Ras ir-Randan, l-Erbgħa 18 ta’ Frar, fis-6.15pm li ser tigi organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Napprezza ħafna il-preżenza tal-ġenituri u t-tfal
tagħhna.

L-Erbgha tal-Irmied

Posted in .