Ħbieb,
Qabel xejn nirringrazzjakom tassew mill-qalb għas-sehem numeruż tagħkom, fl-aħħar attivita` li kellna għalikom: il-Quddiesa tal-10.00 am fil-Knisja tagħna, il-Ħadd ta’ qabel il-Milied.
Issa nistedinkom tieħdu sehem, daqstant ieħor numerużi, fl-attivita` li jmiss: il-VIA SAGRA tar-Randan fit-toroq taż-Żona tagħkom. Did-darba sa tkun NHAR L-ERBGĦA, 25 ta’ FRAR, 2015, fis-7.15 pm. Tibda minn Triq il-Ħarruba ( fuq nett ) , biċċa minn Triq iż-Żebbuġa, u Triq il-Prinjol ( sa isfel nett ). Araw il-mappa ta’ hawn wara.
Jien persważ li, bħalma għamiltu fis-snin ta’ qabel, ilkoll sa tikkoperaw mal-membri tal-Grupp ta’ l-Evangelizzazzjoni taż-Żona tagħkom, u taċċettaw b’gost li twaħħlu s-Slaleb mar-residenzi tagħkom. Nirringrazzjakom bil-quddiem ta’ dan.
Nistedinkom li tiġu lkoll u tieħdu sehem fil-VIA SAGRA li ser tieħu madwar 45 minuta.
Sakemm niltaqgħu fil-25 ta’ Frar, mela, il-Familja Mqaddsa u San Mattew iberkukom.
Hajr u sliem.