AVVIŻ URĠENTI
Peres li l-E. T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, ħassar xi appuntamenti li kellu din il-ġimgħa għax jinsab xi ftit indispost, mhux ser ikun jista’ jiġi għall-Korteo u l-Quddiesa nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu 2015.
Il-Korteo li kellu jsir fil-5.15 pm mhux ser isir. Il-Quddiesa ta’ ringrazzjament tal-għaxar snin parroċċa ser issir xorta waħda fis-6.00 pm. Imexxi l-E. T. Monsinjur Pawl Cremona, OP, Arċisqof Emeritu ta’ Malta. Nistennewkom bil-qalb. Wara jkun hemm refreshments fis-Sala Parrokkjali. Kulħadd mistieden.
Grazzi ħafna.
Fr Keith Bonnici
Kappillan