Dan huwa l-programm għat-Tfal tal-Katekiżmu għat-tfal, b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa 2015.
Il-Ħamis 26 ta’ Marzu
Ħin: 4.30 p.m. L-ewwel Qrara għat-Tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. It-tfal l-oħra jkollhom il-katekiżmu bħas-soltu.
Il-Ħadd 29 ta’ Marzu
(Ħadd il-Palm)
Ħin: 8.10 a.m. Purċissjoni żgħira min-naħa ta’ wara tal-Knisja, sal-Knisja. It-tfal imħeġġin jilbsu ta’ Lhud, u ser jingħataw friegħi taż-żebbuġ. Wara jsir it-tberik taż-Żebbuġ u l-Quddiesa.
Il-Ħamis 2 t’April
Ħin: 4.00 – 5.00 p.m. Hamis ix-Xirka – L-aħħar Ikla tal-Mulej Ġesu’.
Quddiesa speċjali għat-Tfal u l-Ġenituri tagħhom (children friendly), li tkun tinkludi ċ-ċeremonja tal-Ħasil tar-Riġlejn. It-tfal joffru l-Karus tal-Imħabba.
Il-Ġimgħa 3 t’April
Ħin: 3.00 p.m. Il-Ġimgħa l-Kbira – Tfal u ġenituri jieħdu sehem mal-komunita’ parrokkjali fil-Funzjoni tal-Ġimgħa (il-Passjoni tal-Mulej Ġesu’). It-tfal iġibu magħhom il-biljett kulurit (mogħti lilhom ma’ din iċ-ċirkolari) flimkien ma’ fjura, biex joffruhom lil Ġesu’ f’isem il-Familja.
Is-Sibt 4 t’April
Ħin: 8.00 – 10.00 p.m.
Il-Ħadd 5 t’April Ċelebrazzjoni Ta’ Sibt il-Għid. – Jipparteċipaw it-tfal.
Jum il-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej Ġesu’
Quddies fit-8.30 a.m., 10.00 a.m., 11.15 a.m. u 6.00 p.m.
It-Tnejn 6 t’April Ma jkollniex Katekiżmu għat-tfal.
Il-Ħamis 9 t’April Nibdew Katekiżmu għat-tfal bħas-soltu.
Nemmnu li ser tagħmlu mill-aħjar biex intom u wliedkom tattendu għal dawn il-Funzjonijiet sbieħ. Nibgħatilkom it-tislijiet tiegħi u kull barka tal-Mulej.